Salm 112:1-10

  • Bniedem ġust jirrispetta ħafna lil Ġeħova

    • Min isellef b’mod ġeneruż jaħbatlu tajjeb (5)

    • “Il-ġust se jibqaʼ mfakkar għal dejjem” (6)

    • Il-ġeneruż jagħti lill-foqra (9)

112  Faħħru lil Jah!* א [Alef] Ferħan ikun dak li jirrispetta ħafna lil* Ġeħova,ב [Bet]Li jieħu pjaċir ħafna bil-kmandamenti tiegħu. ג [Gimel]  2  Dawk li jiġu minnu se jkunu b’saħħithom fl-artד [Dalet]U l-ġenerazzjoni tal-ġust se tiġi mbierka. ה [Ħe]  3  F’daru se jkollu ħafna ġid. ו [Waw] It-tajjeb li jagħmel se jibqaʼ mfakkar għal dejjem. ז [Żajin]  4  Għall-ġust hu se jkun bħal dawl fid-dlam. ח [Ħet] Hu qalbu tajba,* ħanin, u ġust. ט [Tet]  5  Min isellef b’mod ġeneruż lil min hu fil-bżonn ikun ferħan. י [Jod] Hu jagħmel l-affarijiet bil-ġustizzja. כ [Kaf]  6  Hu qatt mhu se jitfixkel. ל [Lamed] Il-ġust se jibqaʼ mfakkar għal dejjem. מ [Mem]  7  Hu mhux se jibżaʼ minn xi aħbar ħażina. נ [Nun] Qalbu hi leali, u jafda f’Ġeħova. ס [Samek]  8  Qalbu hi determinata;* hu ma jibżax. ע [Għajn] Fl-aħħar hu se jara lill-għedewwa tiegħu jitilfu. פ [Pe]  9  Hu ta b’mod ġeneruż; hu ta lill-foqra. צ [Sade] It-tajjeb li jagħmel se jibqaʼ mfakkar għal dejjem. ק [Kof] Is-saħħa tiegħu se tiżdied* u kulħadd se jirrispettah. ר [Rex] 10  Il-ħażin se jara dan u jirrabja. ש [Xin] Hu se jħossu ddisprat, jiddgħajjef, u mbagħad imut. ת [Taw] Il-ħżiena mhux se jaqtgħu xewqithom.

Noti taʼ taħt

Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.
Letteralment “jibżaʼ minn.”
Jew “juri mogħdrija.”
Jew “soda.”
Letteralment “Il-qarn tiegħu se jitgħolla.”