Salm 58:1-11

  • Hemm Alla li jiġġudika l-art

    • Jitlob biex jiġu kkastigati l-ħżiena (6-8)

Lid-direttur; fuq l-għanja taʼ “Teqridnix.” Miktam* taʼ David. 58  Kif tistgħu ma tgħidu xejn meta suppost qed titkellmu dwar is-sewwa? Tistgħu tiġġudikaw b’mod ġust?  2  Le, minflok intom tippjanaw dak li hu ħażin f’qalbkom,U taġixxu b’mod vjolenti fuq din l-art.  3  Il-ħżiena jaqbdu triq ħażina* mindu jitwieldu;*Huma diżubbidjenti u giddibin mit-twelid.  4  Kliemhom hu bħall-velenu tas-sriep;Huma bħall-kobra li ma tridx tismaʼ,  5  Li ma tismax mil-leħen tas-sħaħar,Avolja huma tas-sengħa.  6  Alla tiegħi, tajrilhom snienhom minn ħalqhom! Ġeħova, kisser ix-xedaq taʼ dawn l-iljuni!  7  Jalla jiġu fix-xejn bħalma jiġrilu l-ilma meta jinxef il-wied;Jalla tilwi l-qaws u twaqqagħhom bil-vleġeġ tiegħek.  8  Jalla jkunu bħal bebbuxu li qed jinxef;*Jalla jkunu bħal tarbija li titwieled mejta u qatt ma tara x-xemx.  9  Int tqabbad in-nar bl-għollieqa,Imma qabel ma l-borma tiġi taħraq,Alla se jibgħat riħ taʼ maltempataLi se jkaxkar kemm l-għollieqa mxarrba u anki n-niexfa. 10  Il-ġust se jifraħ għax ikun ra l-vendetta fuq in-nies ħżiena. Hu se jimxi fuq id-demm tagħhom. 11  In-nies se jgħidu: “Żgur li l-ġust se jiġi ppremjat. Żgur li hemm Alla li jiġġudika d-dinja.”

Noti taʼ taħt

Jew “huma korrotti.”
Letteralment “mill-ġuf.”
Letteralment “idub.”