Salm 120:1-7

  • Barrani jixtieq ikollu l-paċi

    • ‘Eħlisni minn dawk li jqarrqu’ (2)

    • “Jien nitkellem fuq il-paċi” (7)

Għanja tat-Tlajjaʼ.* 120  Meta kont qed inbati,Jien għajjatt lil Ġeħova għall-għajnuna,U hu wiġibni.  2  Ġeħova, eħlisni* minn dawk li jigdbu fuqiU minn dawk li jqarrqu.  3  Int li tqarraq, taf x’se jagħmillek Alla u kif se jikkastigak?*  4  Se tiġi kkastigat bi vleġeġ taʼ gwerrierU b’ġamar jaqbad.  5  Ħażin għalija, għax jien għext bħala barrani f’Mesek! Għext fost it-tined taʼ Kedar.  6  Ili wisq ngħixMaʼ dawk li jobogħdu l-paċi.  7  Jien nitkellem fuq il-paċi,Imma huma moħħhom fil-ġlied.

Noti taʼ taħt

Jew “eħlisli lil ruħi.”
Letteralment “u x’se jżidlek?”