Salm 106:1-48
106 Faħħru lil Jah!*
Irringrazzjaw lil Ġeħova, għax hu tajjeb;L-imħabba u l-lealtà* tiegħu jibqgħu għal dejjem.
2 Min jistaʼ jsemmi l-affarijiet tal-għaġeb kollha li għamel Ġeħova,Jew ixandar l-affarijiet kbar kollha li għamel?
3 Ferħanin huma dawk li jaġixxu bil-ġustizzja,Li dejjem jagħmlu dak li hu tajjeb.
4 Ġeħova, ftakar fija meta turi ħniena mal-poplu tiegħek.
Ħu ħsiebi u salvani.
5 B’hekk inkun nistaʼ ngawdi l-qalb tajba li turi mal-magħżulin tiegħek,Inkun nistaʼ nifraħ mal-poplu tiegħek,U nkun nistaʼ niftaħar bik* mal-wirt tiegħek.
6 Aħna dnibna bħal missirijietna;Żbaljajna; aġixxejna b’mod ħażin.
7 Missirijietna fl-Eġittu m’apprezzawx* l-affarijiet tal-għaġeb li għamilt int.
Huma ma ftakrux kemm urejt imħabba u lealtà.
Minflok, irribellaw ħdejn il-Baħar l-Aħmar.
8 Imma Alla salvahom biex ismu jiġi gglorifikat,Biex juri kemm hu b’saħħtu.
9 Hu ta kmand lill-Baħar l-Aħmar u dan nixef;Hu mexxa lill-poplu tiegħu fil-qiegħ tal-baħar daqslikieku fid-deżert.*
10 Hu salvahom minn dawk li kienu jobogħduhomU ħadhom lura mingħand l-għedewwa tagħhom.
11 L-ilmijiet għattew lil dawk taʼ kontrihom;Ħadd minnhom ma salva.
12 Imbagħad beda jkollhom fidi fil-wegħda tiegħu;Huma bdew ikantaw u jfaħħruh.
13 Imma malajr nesew x’għamel;Ma stennewhx jgħidilhom x’għandhom jagħmlu.
14 Huma ċedew għax-xewqat egoisti li kellhom fid-deżert;Hemm għaddew lil Alla minn prova.
15 Hu tahom dak li talbuh,Imma mbagħad bagħtilhom marda li dgħajfithom u qatlithom.
16 In-nies fil-kampijiet bdew jgħiru għal Mosè,Anki għal Aron il-qaddis taʼ Ġeħova.
17 Imbagħad l-art infetħet u belgħet lil Datan,U radmet lil dawk li kienu m’Abiram.
18 Fosthom beda jaqbad narU ħaraq lill-ħżiena.
19 F’Ħoreb għamlu barri żgħir tal-metall*U mielu quddiemu.
20 Huma ppreferew iqimu forma taʼ barri li jiekol il-ħaxixMilli jagħtu glorja lil Alla.
21 Huma nesew lil Alla li Salvahom,Li għamel affarijiet kbar fl-Eġittu,
22 Affarijiet tal-għaġeb fl-art taʼ Ħam,U li aġixxa b’mod impressjonanti ħdejn il-Baħar l-Aħmar.
23 Hu kien wasal biex jeqridhom,Imma Mosè, il-magħżul tiegħu,Talbu bil-ħniena* biex ma jibqax irrabjat u ma jeqridhomx.
24 Imbagħad bdew jobogħdu l-art li kienu jixtiequ;Ma kellhomx fidi fil-wegħda tiegħu.
25 Huma komplew igergru fit-tined tagħhom;Ma semgħux minn Ġeħova.
26 Għalhekk, hu għolla idu u ħalefLi kien se jeqridhom fid-deżert.
27 Hu kien se jxerred lil dawk li jiġu minnhom fost il-popliU jħallihom imutu f’pajjiżi oħra.
28 Imbagħad bdew iqimu lil* Bagħal taʼ PegħorU kielu mis-sagrifiċċji li kienu offruti lill-mejtin.*
29 Huma ġegħluh jirrabja ħafna b’dak li għamlu,Għalhekk ikkastigahom.
30 Imma meta Fineħas ħa azzjoni, il-kastig waqaf.
31 Għalhekk, Alla kkunsidrah ġust għal dejjemMatul il-ġenerazzjonijiet kollha.
32 Huma ġiegħlu lil Alla jirrabja ħdejn l-ilmijiet taʼ Meriba,*U Mosè mar minn taħt minħabba fihom.
33 Huma rrabjawh,U tkellem mingħajr ma ħasibha.
34 Huma ma qerdux il-popli għalkollox,Bħalma kien ikkmandahom Ġeħova.
35 Imma tħalltu magħhomU bdew jagħmlu bħalhom.*
36 Huma baqgħu jaqdu l-idoli tagħhom,U dawn saru nassa għalihom.
37 Huma kienu jissagrifikaw lit-tfal tagħhom lid-demonji.
38 Baqgħu jxerrdu demm innoċenti,Id-demm tat-tfal tagħhom stessLi ssagrifikawhom lill-idoli taʼ Kangħan.
L-art kienet imniġġsa minħabba d-demm li xxerred.
39 Huma ma baqgħux nodfa minħabba kif aġixxew;Ma baqgħux leali lejn Alla b’dak li għamlu.*
40 Għalhekk, Ġeħova rrabja ħafna mal-poplu tiegħu,U beda jobgħod il-wirt tiegħu.
41 Għal darba wara l-oħra, hu tahom f’idejn il-popli,Biex dawk li jobogħduhom jikkontrollawhom.
42 L-għedewwa tagħhom ħaqruhomU rażżnuhom taħt il-qawwa tagħhom.*
43 Hu salvahom ħafna drabi,Imma huma kienu jirribellaw u ma jobdux.
B’hekk, kienu jiġu umiljati minħabba l-iżball tagħhom.
44 Imma hu kien jarahom ibatuU jismagħhom meta jgħajtulu għall-għajnuna.
45 Hu kien jiftakar fil-patt li għamel magħhom,U jitħassarhom* peress li kien iħobbhom ħafna u kien leali* lejhom.
46 Hu kien jagħmel ċert li dawk li jżommuhom ilsiera jitħassruhom.
47 Salvana, Ġeħova Alla tagħna.
Iġborna minn fost il-popliBiex inkunu nistgħu nirringrazzjaw lill-isem qaddis tiegħekU nfaħħruk bil-ferħ.
48 Ħa jiġi mfaħħar għal dejjem Ġeħova l-Alla t’Iżrael.
Jalla n-nies kollha jgħidu, “Ammen!”*
Faħħru lil Jah!*
Noti taʼ taħt
^ Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.
^ Jew “L-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew “kburi li nfaħħrek.”
^ Jew “ma fehmux.”
^ Jew “fix-xagħri.”
^ Jew “statwa t’għoġol mill-metall imdewweb.”
^ Jew “Qabeż għalihom.”
^ Jiġifieri sagrifiċċji offruti lin-nies mejtin jew lill-allat bla ħajja.
^ Jew “jintrabtu maʼ.”
^ Ifisser “Argumenti.”
^ Jew “jitgħallmu d-drawwiet tagħhom.”
^ Jew “Għamlu prostituzzjoni spiritwali.”
^ Letteralment “idhom.”
^ Jew “jiddispjaċih.”
^ Jew “kellu mħabba leali kbira.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew “Hekk ikun!”
^ Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.

