Salmi 81:1-16
Lid-direttur. Fuq il-Gittit.*+ T’Asaf.
81 Għajtu bil-ferħ lil Alla, is-saħħa tagħna;+Għajtu bil-ferħ għajat taʼ rebħa lill-Alla taʼ Ġakobb.+
2 Għannulu għanja+ u aqbdu t-tanburlin,+L-arpa ħelwa flimkien maʼ l-istrument tal-korda.+
3 Nhar il-qamar ġdid, doqqu l-qarn;+Nhar il-qamar kwinta, għal jum il-festa tagħna.+
4 Għax dan huwa regolament għal Israel,+Deċiżjoni ġudizzjarja taʼ l-Alla taʼ Ġakobb.
5 Hu taha lil Ġużeppi bħala tfakkira,+Meta kien għaddej mill-art taʼ l-Eġittu.+Bqajt nismaʼ lingwa li ma kontx naf.+
6 “Jien iffrankajtlu t-tagħbija minn fuq spalltu;+Idejh ħelsu mill-qoffa.+
7 Fin-niket int sejjaħt, u jien salvajtek;+Wiġibtek mill-post mistur tar-ragħad.+Eżaminajtek ħdejn l-ilmijiet taʼ Meriba.+ Sela.
8 Ismaʼ, O poplu tiegħi, u jien nixhed kontrik.+O Israel, li kieku tismaʼ minni!+
9 F’nofsok ma jkun hemm ebda alla stranġier;+U ma tmilx quddiem alla barrani.+
10 Jien, Ġeħova, Alla tiegħek,+Li tellajtek mill-art taʼ l-Eġittu.+Iftaħ ħalqek beraħ, u jien nimlihulek.+
11 Imma l-poplu tiegħi ma semax minn leħni;+U Israel ma wera l-ebda xewqa li jaqdini.+
12 U għalhekk ħallejthom jitilqu fl-ebusija taʼ qalbhom;+Imxew skond il-pjanijiet tagħhom stess.+
13 O li kieku l-poplu tiegħi semaʼ minni,+O li kieku Israel mexa fi triqati!+
14 Kieku malajr kont irrażżan lill-għedewwa tagħhom+U ndawwar idi kontra l-avversarji tagħhom.+
15 Dawk mimlijin mibegħda għal Ġeħova se jiġu jitkaxkru quddiemu,+U żmienhom ikun għal żmien indefinit.
16 U se nibqaʼ nitmaʼ lill-poplu tiegħi bl-aqwa qamħ,*+U mill-blat se nxebbgħek bl-għasel.”+

