Salmi 63:1-11
Melodija taʼ David, meta kien fix-xagħri taʼ Ġuda.+
63 O Alla, int Alla tiegħi; jien nibqaʼ nfittxek.+Ruħi għatxana għalik.+Laħmi ddgħajjef tant kemm jixxennaq għalikF’art niexfa u mifnija, fejn m’hemmx ilma.+
2 Hekk kont jien meta rajtek fil-post qaddis,+Meta rajt is-saħħa u l-glorja tiegħek.+
3 Billi l-qalb tajba bl-imħabba tiegħek hija aħjar mill-ħajja,+Xofftejja se jfaħħruk.+
4 Għalhekk, se nbierkek matul ħajti;+Ngħolli idejja u nsejjaħ ismek.+
5 Ruħi tixbaʼ bħallikieku bl-aħjar parti, iva, bl-abbundanza,+U b’xofftejn mimlijin għajat ferrieħi fommi jagħti tifħir.+
6 Meta niftakar fik fuq soddti,+Matul l-għases tal-lejl* nimmedita fuqek.+
7 Għax int kont t’għajnuna għalija,+U fid-dell taʼ ġwinħajk ngħajjat bil-ferħ.+
8 Jien imxejt warajk mill-qrib;+Idek il-leminija żżommni sew.+
9 Imma dawk li jibqgħu jipprovaw jeqirduli ħajti,+Se jispiċċaw fil-qiegħnett taʼ l-art.+
10 Se jingħataw f’idejn il-qawwa tas-sejf,+U jsiru ikel għall-volpijiet.+
11 U s-sultan se jifraħ b’Alla.+Kulmin qed jaħlef bih se jiftaħar,+Għax dawk li qed jgħidu l-gideb se jkollhom jagħlqu ħalqhom.+
Noti taʼ taħt
^ Fi żmien is-Sultan David, l-Israelin kellhom tliet għases tal-lejl. L-ewwel waħda kienet mis-6 p.m. sa l-10 p.m., it-tieni, mill-10 p.m. sas-2 a.m., u t-tielet, mis-2 a.m. sas-6 a.m.

