Salmi 1:1-6

1  Hieni+ l-​bniedem li ma mexiex fuq il-​parir tal-​ħżiena,+U li ma waqafx fi triq il-​midinbin,+U li ma qagħadx bil-​qiegħda maż-​żeblieħa.+  2  Imma li l-​għaxqa tiegħu hi fil-​liġi taʼ Ġeħova,+U lejl u nhar jaqra u jimmedita* fuq il-​liġi tiegħu.+  3  Hu jsir bħal siġra mħawla ħdejn nixxigħat taʼ l-​ilma,+Li tagħti l-​frott fl-​istaġun tagħha+U li l-​weraq tagħha ma jidbielx,+U jirnexxi f’kulma jagħmel.+  4  Il-ħżiena m’humiex hekk,Imma huma bħall-​karfa li jtajjarha r-​riħ.+  5  Għalhekk, il-​ħżiena ma jiqfux fil-​ġudizzju,+Lanqas il-​midinbin fil-​ġemgħa tal-​ġusti.+  6  Għax Ġeħova jafha triq il-​ġusti,+Imma triq il-​ħżiena se tinqered.+

Noti taʼ taħt

^ Jew, “lejl u nhar jaqra minn taħt l-​ilsien.”