Salmi 5:1-12

Lid-​direttur, għal Neħilot.* Melodija taʼ David. 5  Ismaʼ kliemi,+ O Ġeħova;Ifhem it-​tnehid tiegħi.   Agħti kas l-​għajat tiegħi għall-​għajnuna,+O Sultan+ u Alla tiegħi, għax lilek nitlob jien.+   O Ġeħova, fil-​għodu int tismaʼ leħni;+Fil-​għodu nkellmek u nistenna.+   Għax int m’intix Alla li titgħaxxaq bil-​ħażen;+Ħadd ħażin ma jistaʼ jgħammar miegħek għal xi żmien.+   L-ebda faħħari ma jistaʼ jieqaf quddiem għajnejk.+Int tobgħod lil kulmin jipprattika l-​ħsara;+   Int se teqred lil dawk li jigdbu.+Bniedem li jxerred id-​demm+ u jqarraq,+ Ġeħova jistmerru.   Min-naħa tiegħi, minħabba l-​qalb tajba bl-​imħabba kbira+ li għandekNidħol f’darek,+Immil lejn it-​tempju qaddis tiegħek għax għandi l-​biżaʼ tiegħek.+   O Ġeħova, mexxini fis-​sewwa tiegħek+ għax jien imdawwar bl-​għedewwa;+Għinni nimxi fi triqtek mingħajr ma nitfixkel.+   Għax f’fommhom m’hemm xejn taʼ min jafdah;+Il-​ġewwieni tagħhom huwa sors t’għawġ.+Gerżumithom qabar miftuħ;+Ilsien melliesi jużaw.+ 10  Alla żgur iqishom ħatjin;+Il-​pjanijiet tagħhom stess se jirrovinawhom.+Talli kisru l-​liġi kemm felħu ħa jispiċċaw fix-​xejn,+Għax irribellaw kontrik.+ 11  Imma dawk kollha li jistkennu fik se jifirħu;+Għal dejjem* jgħajtu bil-​ferħ.+Ma tħallix lil min imisshom,U dawk li jħobbu lil ismek se jithennew.+ 12  Għax int tbierek lil kulmin hu ġust,+ O Ġeħova;Bħal b’tarka kbira,+ int tgħattih bl-​approvazzjoni tiegħek.+

Noti taʼ taħt

Espressjoni Ebrajka li t-​tifsira tagħha mhix ċerta. Tistaʼ tkun l-​isem taʼ strument mużikali tan-​nifs jew titlu taʼ melodija.
Letteralment, “żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.