Salmi 74:1-23
Maskil.* T’Asaf.+
74 Għala, O Alla, warrabtna għal dejjem?+Ir-rabja tiegħek għala tibqaʼ tixgħel kontra l-merħla tal-mergħa tiegħek?+
2 Ftakar fil-ġemgħa li int ksibt żmien twil ilu,+It-tribù li fdejt bħala wirtek,+Din il-Muntanja Sijon li int għammart fiha.+
3 Mur sal-post li se jibqaʼ meqrud għal żmien twil.+L-għadu ħarbat kollox fil-post qaddis.+
4 L-għedewwa tiegħek għajtu f’nofs il-post tal-laqgħa tiegħek.+Għollew l-istendardi tagħhom stess.+
5 Huma għandhom l-istess fama taʼ dawk li jxejru l-imnanar tagħhom fl-għoli biex iqaċċtu s-siġar tal-masġar.
6 U issa, b’mannara żgħira u b’għodod tal-ħadid jagħtu fuq il-ħitan minquxin tas-santwarju, ilkoll kemm huma.+
7 Huma xeħtu s-santwarju tiegħek fin-nar.+Ipprofanaw it-tabernaklu* li jġorr ismek u tefgħuh maʼ l-art.+
8 Huma, kif ukoll uliedhom, qalu f’qalbhom ilkoll flimkien:“Il-postijiet tal-laqgħa t’Alla kollha se jinħarqu fil-pajjiż.”+
9 Ma nistgħux naraw l-istendardi li għamilna bħala sinjali; m’għadx baqaʼ profeti,+U m’hemm ħadd fostna li jaf għal kemm żmien.
10 Kemm se jdum imaqdrek l-avversarju, O Alla?+Se jibqaʼ l-għadu jittratta lil ismek b’nuqqas taʼ rispett għal dejjem?+
11 Għala qed iżżomm idek lura, idek il-leminija+Li ħriġt minn ħobbok, biex issa se nintemmu?
12 U madankollu, Alla hu s-Sultan tiegħi minn żmien twil ilu,+Dak li qed iwettaq salvazzjoni grandjuża fuq l-art.+
13 Int qanqalt il-baħar bis-saħħa tiegħek;+Kissirt l-irjus tal-mostri tal-baħar fl-ilmijiet.+
14 Farrakt l-irjus taʼ Levjatan.*+Tajtu bħala ikel lin-nies, lil dawk li joqogħdu fir-reġjuni bla ilma.+
15 Kont int li fraqt l-art għan-nixxiegħa u l-wied;+Nixxift ix-xmajjar li dejjem għaddejjin.+
16 Tiegħek in-nhar u tiegħek il-lejl.+Int ħejjejt id-dawwala, iva, ix-xemx.+
17 Kont int li stabbilejt il-limiti kollha taʼ l-art;+Is-sajf u x-xitwa—int sawwarthom.+
18 Dan ftakar: L-għadu maqdrek, O Ġeħova,+U ismek ġie trattat b’nuqqas taʼ rispett minn poplu bla sens.+
19 Ruħ il-gamiema tiegħek tagħtihiex lill-bhima salvaġġa.+Tinsihiex għal dejjem il-ħajja tal-magħkusin tiegħek.+
20 Ħares lejn il-patt,+Għax il-postijiet imdallmin taʼ l-art imtlew bid-djar tal-vjolenza.+
21 Ħa ma jiġix umiljat l-imfarrak.+Ħa jfaħħru ismek il-magħkus u l-fqir.+
22 Qum, O Alla, u mexxi l-kawża legali tiegħek.+Ftakar kif il-wieħed bla sens qed imaqdrek il-jum kollu.+
23 Tinsiex leħen l-għedewwa tiegħek.+L-istorbju taʼ dawk li qed iqumu kontrik tielaʼ ’l fuq bla heda.+
Noti taʼ taħt
^ Ara Sa 32:Sopr, in-nota taʼ taħt.
^ Jew, “tinda tal-qima.”
^ Possibbilment “kukkudrill” jew “mostru tal-baħar.”

