Salmi 129:1-8

Għanja tat-​Tlajjaʼ. 129  “Ilhom jiħduha kontrija sa minn żgħożiti,”+Ħa jgħid issa Israel,+  2  “Ilhom jiħduha kontrija sa minn żgħożiti;+Imma m’għelbunix.+  3  Għaddew jaħartu minn fuq dahri;+Tawlu r-​raddi tagħhom.”  4  Ġeħova hu ġust.+Qattaʼ l-​ħbula tan-​nies mill-​agħar.+  5  Se jistħu u jduru lura,+Dawk kollha li jobogħdu lil Sijon.+  6  Isiru bħal ħaxix aħdar tal-​bjut,+Li qabel jitqaċċat ikun laħaq nixef,+  7  Li l-​ħassâd ma jimliex idu bih,+Lanqas min jiġbor il-​qatet ma jimla ħobbu bih.  8  Lanqas dawk li għaddew minn hemm ma qalu:“Il-​barka taʼ Ġeħova tkun fuqkom.+Berikniekom f’isem Ġeħova.”+

Noti taʼ taħt