Salmi 72:1-20
Dwar Salamun.
72 O Alla, għallem lis-sultan id-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek,+U lil bin is-sultan is-sewwa tiegħek.+
2 Jalla jiddefendi l-kawża tal-poplu tiegħek bis-sewwa+U tal-magħkusin tiegħek b’ġudizzju ġust.+
3 Ħalli l-muntanji jġorru l-paċi lill-poplu,+Kif ukoll l-għoljiet, permezz tas-sewwa.
4 Ħa jiġġudika lill-magħkusin tal-poplu,+U jsalva lil ulied il-fqir.Ħa jfarrak lill-imbroljun.
5 Huma jibqgħu jibżgħu minnek sakemm iddum ix-xemx,+U sakemm ikun hemm qamar, minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.+
6 Hu se jinżel bħax-xita fuq il-ħaxix maħsud,+Bħal ħalbiet spissi li jxarrbu l-art.+
7 Fi żmienu l-ġust jinbet,+U jkun hemm sliem kotran sa ma jintemm il-qamar.+
8 Ikollu sudditi minn baħar sa baħar+U mix-Xmara*+ sa truf l-art.+
9 Quddiemu jmilu l-abitanti tar-reġjuni bla ilma,+U l-għedewwa tiegħu jilagħqu t-trab.+
10 Is-slaten taʼ Tarsis u tal-gżejjer+—Se jġibu r-rigali.+Is-slaten taʼ Xeba u taʼ Seba—Se jġibu għotja.+
11 Is-slaten kollha se jinxteħtu fl-art quddiemu;+U l-ġnus kollha, min-naħa tagħhom, jaqduh.+
12 Għax hu se jeħles lill-fqir li jgħajjatlu għall-għajnuna,+U lill-magħkus u lil kulmin m’għandux min jgħinu.+
13 Se jiddispjaċih għall-batut u għall-fqir,+U jsalva ħajjet il-foqra.+
14 Mill-moħqrija u mill-vjolenza se jifdilhom ruħhom,U demmhom ikun prezzjuż f’għajnejh.+
15 Ħa jgħix,+ u ħa jingħatalu ftit mid-deheb taʼ Xeba.+U ħa jitolbu għalih bla heda;Ħa jkun imbierek il-jum kollu.+
16 Se jkun hemm ħafna qmuħ fuq l-art;+Fuq il-qċaċet tal-muntanji jkun hemm iżżejjed.+Il-ħsad tas-sultan ikun kbir daqs il-foresta tal-Libanu,+U fil-bliet in-nies joktru bħall-ħaxix taʼ l-art.+
17 Ħa jibqaʼ ismu għal dejjem;+Ħa jdum ismu sakemm iddum ix-xemx,U permezz tas-sultan ħa jbierku lilhom infushom;+Ħa jiddikjarawh hieni l-ġnus kollha.+
18 Ikun imbierek Alla Ġeħova, l-Alla taʼ Israel,+Li hu waħdu qed jagħmel għemejjel taʼ l-għaġeb.+
19 Ikun imbierek l-isem glorjuż tiegħu għal dejjem,+U ħa timtela l-art kollha bil-glorja tiegħu.+Amen u Amen.
20 It-talb taʼ David, bin Ġesse,+ wasal fi tmiemu.
Noti taʼ taħt
^ Jiġifieri, l-Ewfrat.

