Salmi 136:1-26

136  Irringrazzjaw lil Ġeħova, għax hu tajjeb:+Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+  2  Irringrazzjaw lill-​Alla taʼ l-​allat:+Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+  3  Irringrazzjaw lil Sid is-​sidien:+Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+  4  Lil Dak li waħdu jagħmel affarijiet kbar u taʼ l-​għaġeb:+Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+  5  Li għamel is-​smewwiet bl-​intelliġenza:+Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+  6  Li firex l-​art ’il fuq mill-​ilmijiet:+Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+  7  Li għamel id-​dwal il-​kbar:+Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+  8  Iva, ix-​xemx biex tiddomina bi nhar:+Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+  9  Il-qamar u l-​kwiekeb biex jiddominaw flimkien bil-​lejl:+Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+ 10  Li qatel lill-​ewwel imweldin taʼ l-​Eġittu:+Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+ 11  U li ħareġ lil Israel minn ġo nofshom:+Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+ 12  B’id b’saħħitha u bi driegħ maħruġ ’il barra:+Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem; 13  Li feraq il-​Baħar l-​Aħmar:+Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+ 14  U li għadda lil Israel minn ġo nofsu:+Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+ 15  U li tefaʼ lill-​Fargħun u l-​qawwa militari tiegħu fil-​Baħar l-​Aħmar:+Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+ 16  Lil Dak li mexxa lill-​poplu tiegħu mix-​xagħri:+Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+ 17  Li laqat lil slaten kbar:+Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+ 18  U li qatel lil slaten maestużi:+Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+ 19  Iva, lil Siħon is-​sultan taʼ l-​Amurrin:+Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+ 20  U lil Għog is-​sultan tal-​Basan:+Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+ 21  U li ta arthom bħala wirt:+Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+ 22  Wirt lil Israel il-​qaddej tiegħu:+Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+ 23  Li meta konna f’qagħda baxxa ftakar fina:+Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+ 24  U li darba wara l-​oħra ħatafna minn idejn l-​avversarji tagħna:+Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+ 25  Hu li jagħti l-​ikel lil kull ħliqa tal-​laħam:+Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+ 26  Irringrazzjaw lill-​Alla tas-​smewwiet:+Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem.+

Noti taʼ taħt