Salmi 128:1-6

Għanja tat-​Tlajjaʼ. 128  Hieni kulmin jibżaʼ minn Ġeħova,+Li jimxi fi triqatu.+   Għax int se tiekol mit-​taħbit taʼ idejk.+Int tkun hieni u jaħbatlek tajjeb.+   Martek tkun bħal dielja li tagħti l-​frott+Fl-​iktar partijiet ġewwinin taʼ darek.Uliedek subien ikunu bħal xitel taż-​żebbuġ+ madwar il-​mejda tiegħek.   Ara! Hekk se jitbierek ir-​raġel b’saħħtu+Li jibżaʼ minn Ġeħova.+   Ġeħova se jbierkek minn Sijon.+U int tara l-​ġid taʼ Ġerusalemm il-​jiem kollha taʼ ħajtek,+   U tara lil ulied uliedek.+Ħa jkun hemm il-​paċi fuq Israel.+

Noti taʼ taħt