Salmi 118:1-29
118 Irringrazzjaw lil Ġeħova, għax hu tajjeb;+Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu hi għal dejjem.+
2 Ħa jgħid issa Israel:“Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu hi għal dejjem.”+
3 Ħa jgħidu issa dawk taʼ dar Aron:+“Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu hi għal dejjem.”+
4 Ħa jgħidu issa dawk li jibżgħu minn Ġeħova:+“Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu hi għal dejjem.”+
5 Meta kont f’ċirkustanzi taʼ niket sejjaħt lil Jah;+Jah wieġeb u qegħedni f’post spazjuż.+
6 Ġeħova qiegħed fuq in-naħa tiegħi; m’iniex se nibżaʼ.+X’jistaʼ jagħmilli l-bniedem?+
7 Ġeħova qiegħed fuq in-naħa tiegħi fost dawk li jgħinuni,+Sabiex inħares rebbieħ lejn dawk li jobogħduni.+
8 Aħjar tistkenn f’Ġeħova+Milli tafda fil-bniedem.+
9 Aħjar tistkenn f’Ġeħova+Milli tafda fin-nobbli.+
10 Il-ġnus kollha dawruni.+Kien fl-isem taʼ Ġeħova li bqajt inżommhom ’il bogħod.+
11 Daru għalija, iva, dawruni.+Kien fl-isem taʼ Ġeħova li bqajt inżommhom ’il bogħod.
12 Huma daru għalija bħan-naħal;+Intfew bħan-nar taʼ l-għollieq.+Kien fl-isem taʼ Ġeħova li bqajt inżommhom ’il bogħod.+
13 Imbottawni bis-saħħa biex naqaʼ,+Imma Ġeħova għenni.+
14 Jah hu l-kenn u s-setgħa tiegħi,+U għalija jsir salvazzjoni.+
15 Il-leħen t’għajat ferrieħi u taʼ salvazzjoni+Qiegħed fit-tined+ tal-ġusti.+Il-leminija taʼ Ġeħova qed turi enerġija kbira.+
16 Il-leminija taʼ Ġeħova qed titgħolla;+Il-leminija taʼ Ġeħova qed turi enerġija kbira.+
17 M’iniex se mmut, imma nibqaʼ ngħix,+Biex inxandar l-għemejjel taʼ Jah.+
18 Jah ikkoreġieni bil-kbir,+Imma ma tanix f’idejn il-mewt.+
19 Iftħuli l-bibien tas-sewwa.+Jien nidħol minnhom; infaħħar lil Jah.+
20 Dan hu l-bieb taʼ Ġeħova.+Il-ġusti se jidħlu minnu.+
21 Jien se nfaħħrek, għax wiġibtni+U sirt is-salvazzjoni tiegħi.+
22 Il-ġebla li twarrbet mill-bennejja+Saret il-ġebla tax-xewka taʼ fuqnett.+
23 Dan seħħ mingħand Ġeħova;+F’għajnejna din hi ħaġa taʼ l-għaġeb.+
24 Dan hu l-jum li għamel Ġeħova;+Se nifirħu u nithennew fih.+
25 Issa, O Ġeħova, salvana, jekk jogħġbok!+Issa, O Ġeħova, għinna nirnexxu, jekk jogħġbok!+
26 Ħa jkun imbierek Dak li ġej f’isem Ġeħova;+Aħna berikniekom mid-dar taʼ Ġeħova.+
27 Ġeħova hu d-Divin,+U jagħtina d-dawl.+Żejnu l-parata tal-festa+ bil-friegħi,+Sal-qrun taʼ l-artal.+
28 Int id-Divin tiegħi, u jien se nfaħħrek;+Alla tiegħi—se neżaltak.+
29 Irringrazzjaw lil Ġeħova, għax hu tajjeb;+Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu hi għal dejjem.+

