Salmi 70:1-5

Lid-​direttur. Taʼ David, bħala tfakkira.+ 70  O Alla, fittex eħlisni,+O Ġeħova, fittex għinni.+  2  Jalla jistħu u jħossuhom avviliti dawk li qed jipprovaw jiħduli ħajti.+Ħa jduru lura u jiġu umiljati dawk li qed jitgħaxxqu bil-​gwaj tiegħi.+  3  Ħa jerġgħu lura minħabba l-​mistħija tagħhom dawk li qed jgħidu: “Ħaħ, ħaħ!”+  4  Ħa jifirħu u jithennew bik dawk kollha li qed ifittxuk+U jgħidu l-​ħin kollu: “Ħa jkun Alla mfaħħar bil-​kbir!”—dawk li jħobbu s-​salvazzjoni tiegħek.+  5  Imma jien qed insofri u fqir.+O Alla, aġixxi malajr għalija.+Int l-​għajnuna tiegħi u Dak li jħarrabni.+O Ġeħova, iddumx.+

Noti taʼ taħt