Salmi 121:1-8

Għanja għat-​Tlajjaʼ. 121  Jien se ngħolli għajnejja lejn il-​muntanji.+Minfejn ġejja l-​għajnuna tiegħi?+  2  L-għajnuna tiegħi ġejja mingħand Ġeħova,+Dak li għamel is-​sema u l-​art.+  3  Ma jistax ikun li jħalli sieqek togħtor.+Dak li qed iħarsek ma jistax ikun li jaqbdu n-​ngħas.+  4  Ara! Ma jaqbdux in-​ngħas u lanqas jorqod,+Dak li qed iħares lil Israel.+  5  Ġeħova qed iħarsek.+Ġeħova hu d-​dell tiegħek+ fuq lemintek.+  6  Bi nhar ix-​xemx ma tolqtokx,+Lanqas il-​qamar bil-​lejl.+  7  Ġeħova se jħarsek minn kull gwaj.+Hu jħarislek ruħek.+  8  Ġeħova jħarsek meta toħroġ u meta tidħol+Minn issa ’l quddiem u għal dejjem.+

Noti taʼ taħt