Salmi 109:1-31
Lid-direttur. Taʼ David. Melodija.
109 O Alla li jien infaħħar,+ tibqax sieket.+
2 Għax fomm il-wieħed mill-agħar u fomm il-qarrieq infetħu kontrija.+Tkellmu dwari bi lsien il-gideb;+
3 Dawruni bi kliem taʼ mibegħda,+U jiġġieldu miegħi għalxejn b’xejn.+
4 Jien inħobbhom u huma jopponuni;+Imma jien nibqaʼ nitlob.+
5 Huma jrodduli l-ħażin għat-tajjeb+U mibegħda għal imħabbti.+
6 Aħtar fuqu lil xi ħadd mill-agħar,U ħa joqgħod fuq lemintu wieħed li jopponih.+
7 Meta jiġi ġudikat, ħa jinstab ħati bħala bniedem mill-agħar;U ħa ssir dnub it-talba tiegħu.+
8 Ħa jkunu ftit jiemu;+U l-kariga tiegħu taʼ indokrar ħa jiħodha ħaddieħor.+
9 Ħa jsiru bla missier uliedu s-subien+U martu tormol.+
10 Uliedu żgur ikollhom jiġġerrew ’l hemm u ’l hawn;+U jittallbuU joħorġu jfittxu l-ikel mill-postijiet imħarbtin fejn joqogħdu.+
11 Ħalli min silfu l-flus jiħodlu kulma għandu b’makakkerija,+U ħalli l-istranġieri+ jisirqulu l-prodott tat-taħbit tiegħu.+
12 Ħa ma jkollu lil ħadd li jurih qalb tajba bl-imħabba,+U ħa ma jkunx hemm min iħenn għal uliedu subien bla missier.
13 Ħa jinqerdu d-dixxendenti tiegħu,+U jitħassar għalkollox isimhom fil-ġenerazzjoni taʼ wara.+
14 Ħa jiftakar Ġeħova l-iżball taʼ missirijietu,+U d-dnub t’ommu+—ħa ma jitħassarx.+
15 Ħa jkunu quddiem Ġeħova l-ħin kollu;+U t-tifkira tagħhom ħa jeqridha mill-art;+
16 Għax ma ftakarx juri qalb tajba bl-imħabba,+Imma baqaʼ jiġri wara l-bniedem magħkus u fqir+U dak taʼ qalbu sewda, biex joqtlu.+
17 U baqaʼ jħobb is-saħta,+ u b’hekk ġiet fuqu;+Ma tgħaxxaqx bil-barka,+U b’hekk tbiegħdet minnu;+
18 U libes is-saħta bħallikieku l-libsa tiegħu.+U saret bħal ilmijiet ġo fih+U bħal żejt f’għadmu.
19 Ħa tkun għalih bħal libsa li jitgeżwer fiha+U bħal ħżiem li jżommu mdawwar miegħu l-ħin kollu.+
20 Dan hu l-ħlas mingħand Ġeħova għal dawk li qed jopponuni+U għal dawk li qed jgħidu l-ħażin kontrija.+
21 Imma int Ġeħova l-Mulej Sovran.+Ittrattani tajjeb f’ġieħ ismek.+Eħlisni, għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħek hi kbira.+
22 Għax jien magħkus u fqir,+U qalbi minfuda ġewwa fija.+
23 Se jkolli nitlaq bħal dell meta jbatti;+Ġejt imtajjar bħal ġurat.
24 Irkopptejja qed jirtogħdu bis-sawm;+Ġismi niexef, u m’hemmx żejt fuqu.+
25 Għalihom jien sirt xi ħaġa li ħaqqha t-tmaqdir.+Hekk kif jarawni jibdew ixenglu rashom.+
26 Għinni, O Ġeħova Alla tiegħi;+Salvani skond il-qalb tajba bl-imħabba tiegħek.+
27 U ħa jkunu jafu li din hi idek;+Li int innifsek, O Ġeħova, għamiltu dan.+
28 Ħallihom ilissnu saħta,+ min-naħa tagħhom,Imma int, min-naħa tiegħek, lissen barka.+Huma qamu kontrija, imma ħallihom ħa jistħu,+U ħa jifraħ il-qaddej tiegħek.+
29 Ħa jitlibbsu bl-umiljazzjoni dawk li qed jopponuni,+U jitgeżwru bl-għajb tagħhom bħallikieku b’libsa bla kmiem.+
30 Jien se nfaħħar ħafna lil Ġeħova b’fommi,+U fost ħafna nies nagħtih tifħir.+
31 Għax hu se jieqaf fuq il-leminija tal-fqir,+Biex isalvah minn dawk li jiġġudikawh.

