Salmi 59:1-17

Lid-​direttur. “Tagħmilx ħerba.” Taʼ David. Miktam.* Meta Sawl bagħat lil xi wħud jgħassulu daru, biex jagħtuh il-​mewt.+ 59  Eħlisni mill-​għedewwa tiegħi, O Alla tiegħi;+Ipproteġini minn dawk li qed iqumu kontrija.+   Eħlisni minn dawk li jipprattikaw il-​ħsara,+U salvani minn irġiel ħatjin tad-​demm.   Għax, ara, huma qagħdu lesti għal ruħi;+Dawk b’saħħithom jattakkawni,+Minkejja li ma kien hemm ebda rvell u ebda dnub min-​naħa tiegħi, O Ġeħova.+   Għalkemm m’għandix ħtija, huma jiġru u jlestu ruħhom.+Qum għas-​sejħa tiegħi u ara.+   Int, O Alla Ġeħova taʼ l-​armati, int l-​Alla taʼ Israel.+Qum u itfaʼ l-​attenzjoni tiegħek fuq il-​ġnus kollha.+Tħennx għat-​tradituri li jikkaġunaw l-​uġigħ.+ Sela.   Huma jibqgħu jiġu lura fil-​għaxija;+Joqogħdu jinbħu bħall-​klieb+ u jduru mal-​belt kollha.+   Ara! Kliem mill-​agħar igelgel minn fommhom;+Sjuf hemm fuq xofftejhom,+Għax huma jgħidu: “Min qed jismaʼ?”+   Imma int, O Ġeħova, se tidħaq bihom;+Int se tiddieħaq bil-​ġnus kollha.+   O Saħħa tiegħi, lejk se nibqaʼ nħares;+Għax għalija Alla hu post fl-​għoli taʼ sigurtà.+ 10  L-Alla li wrieni qalb tajba bl-​imħabba se jiltaqaʼ miegħi;+Alla nnifsu se jġegħelni nħares rebbieħ lejn l-​għedewwa tiegħi.+ 11  Toqtolhomx, ħalli l-​poplu tiegħi ma jinsiex.+Permezz taʼ l-​enerġija kbira tiegħek ġerrihom ’l hemm u ’l hawn,+U waqqagħhom, O Ġeħova, it-​tarka tagħna,+ 12  Għad-dnub taʼ fommhom, il-​kelma taʼ xofftejhom;+U ħa jinqabdu fil-​kburija tagħhom,+Kif ukoll għas-​saħta u l-​qerq li jirripetu. 13  Temmhom fil-​korla;+Temmhom, biex ma jkunux iktar.Ħa jkunu jafu li Alla qed jaħkem fuq Ġakobb sa truf l-​art.+ Sela. 14  U ħallihom jiġu lura fil-​għaxija;Ħa jinbħu bħall-​klieb u jduru mal-​belt kollha.+ 15  Ħa jiġġerrew ’l hemm u ’l hawn għal xi ħaġa x’jieklu;+Tħallihomx jixbgħu jew ikollhom fejn jgħaddu l-​lejl.+ 16  Imma min-​naħa tiegħi, jien se nkanta dwar is-​saħħa tiegħek,+U fil-​għodu se nitkellem bil-​ferħ dwar il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek.+Għax int urejt li int post fl-​għoli taʼ sigurtà għalija+U post fejn għandi naħrab f’jum in-​niket tiegħi.+ 17  O Saħħa tiegħi, lilek se ngħanni,+Għax Alla hu post fl-​għoli taʼ sigurtà għalija, l-​Alla li jurini qalb tajba bl-​imħabba.+

Noti taʼ taħt

Ara Sa 16:Sopr, in-​nota taʼ taħt.