Salmi 21:1-13
Lid-direttur. Melodija taʼ David.
21 O Ġeħova, is-sultan jithenna bis-saħħa tiegħek;+U kemm jixtieq jibqaʼ ferħan ferm bis-salvazzjoni tiegħek!+
2 Ix-xewqa taʼ qalbu int qtajthielu,+U x-xewqa taʼ xofftejh ma żammejthiex lura minnu.+ Sela.
3 Għax int beriktu u ppreżentajtlu affarijiet tajbin,+U poġġejt fuq rasu kuruna tad-deheb irfinut.+
4 Ħajja talab mingħandek. U int tajthielu;+Għomor twil għal żmien indefinit, iva, għal dejjem.+
5 Il-glorja tiegħu kbira minħabba s-salvazzjoni tiegħek.+Dinjità u ġmiel tqiegħed fuqu.+
6 Għax int tbierku bil-bosta għal dejjem;+Int tferrħu bil-ferħ li jagħti wiċċek.+
7 Għax is-sultan qed jafda f’Ġeħova,+Fil-qalb tajba bl-imħabba taʼ l-Iktar Għoli. Mhux se jitħarrek.+
8 Idek se ssib lill-għedewwa kollha tiegħek;+Idek il-leminija se ssib lil dawk li jobogħduk.
9 Int se tagħmilhom bħal forn tan-nar meta jasal iż-żmien stabbilit li titfaʼ l-attenzjoni tiegħek fuqhom.+Fir-rabja tiegħu Ġeħova se jiblagħhom, u n-nar se jeqridhom.+
10 Lil frotthom se teqirdu mill-art,+U lin-nisel tagħhom minn fost ulied il-bnedmin.+
11 Għax huma mmiraw li jagħmlulek id-deni;+Kellhom f’moħħhom ideat li m’għandhomx il-ħila jwettqu.+
12 Għax int se ġġegħelhom iduru lura u jaħarbu+Permezz tal-kordi tal-qaws tiegħek li tlesti għal wiċċhom.+
13 O kun eżaltat bis-saħħa tiegħek, O Ġeħova.+Aħna se nkantaw u ngħannu lis-setgħa tiegħek.+

