Salmi 47:1-9

Lid-​direttur. Taʼ wlied Koraħ. Melodija. 47  Intom il-​popli kollha, ċapċpu idejkom.+Għajtu lil Alla għajat ferrieħi taʼ rebħa.+  2  Għax Ġeħova, l-​Iktar Għoli, iqanqal il-​biżaʼ;+Hu Sultan kbir fuq l-​art kollha.+  3  Se jrażżan lill-​popli taħtna+U lill-​ġnus taħt saqajna.+  4  Se jagħżlilna wirtna,+Li Ġakobb, li hu tant ħabb, hu kburi bih.+ Sela.  5  Alla telaʼ f’postu b’għajat mimli ferħ,+Ġeħova wasal bil-​ħoss tal-​qarn.+  6  Għannu lil Alla, għannu.+Għannu lis-​Sultan tagħna, għannu.  7  Għax Alla hu s-​Sultan taʼ l-​art kollha;+Għannu, u aġixxu bil-​għaqal.+  8  Alla sar sultan fuq il-​ġnus.+Alla poġġa fuq it-​tron qaddis tiegħu.+  9  In-nobbli tal-​popli nġabru flimkien,+Man-​nies taʼ l-​Alla t’Abraham.+Għax t’Alla huma dawk li qishom it-​tarki* taʼ l-​art.+Hu telaʼ f’post għoli ferm.+

Noti taʼ taħt

^ X’aktarx dawn jirreferu għall-​ħakkiema jew il-​protetturi tan-​nies.