Salmi 35:1-28
Taʼ David.
35 Ħu f’idejk il-kawża tiegħi, O Ġeħova, kontra l-avversarji tiegħi;+Iggwerra kontra dawk li qed jagħmluli gwerra.+
2 Aqbad it-tarka ż-żgħira u l-kbira,+U qum biex tgħinni.+
3 Oħroġ il-lanza u l-mannara* tal-gwerra biex tiġi għal dawk li qed jiġru warajja.+Għidli: “Jien is-salvazzjoni tiegħek.”+
4 Jalla jistħu u jkunu umiljati dawk li qed jonsbu għal ruħi.+Jalla jintbagħtu lura u jiġu avviliti dawk li qed ifasslu gwaj kontrija.+
5 Ħa jsiru bħal karfa fir-riħ,+U jkeċċihom l-anġlu taʼ Ġeħova.+
6 Ħa ssir triqithom dlam u żliq,+U jiġri warajhom l-anġlu taʼ Ġeħova.
7 Għax għalxejn b’xejn ħbewli ħofra mgħottija b’xibka;+Ħaffruha għal ruħi għalxejn b’xejn.+
8 Ħa tiġi fuqhom ir-rovina mingħajr ma jkunu jafu,+U taqbadhom ix-xibka li ħbew huma stess;+Ħa tiġi fuqhom ir-rovina u jaqgħu fiha.+
9 Imma ħa tifraħ ruħi b’Ġeħova;+Ħa tithenna bis-salvazzjoni tiegħu.+
10 Għadmi kollu ħa jgħid:+“O Ġeħova, min hemm bħalek,+Li teħles lill-magħkus minn wieħed iktar b’saħħtu minnu,+U teħles lill-magħkus u l-fqir minn dak li qed jisirqu?”+
11 Iqumu xhieda vjolenti;+Jistaqsuni dak li ma nafx.+
12 Għat-tajjeb iħallsuni bil-ħażin,+U b’hekk ruħi ġġarrab telfa.+
13 Min-naħa tiegħi, meta mardu, ilbist ilbies taʼ l-ixkora,+Bis-sawm għakkist lil ruħi,+U talbi kien jerġaʼ lura fi ħdani.+
14 Għal sieħbi, għal ħija,+Jien imxejt bħal wieħed imnikket għal ommu.+B’qalbi sewda, jien tbaxxejt maʼ l-art.
15 Imma meta bdejt inzappap ferħu u nġabru flimkien;+Inġabru kontrija,+Ħabtu għalija qabel intbaħt;+Tertquni u ma qagħdux siekta.+
16 Fost l-apostati li jżebilħu għal ħobża+Għażżew snienhom kontrija.+
17 O Ġeħova, kemm se ddum tarah dan?+Eħlisli ruħi mit-tħarbit tagħhom,+L-unika waħda+ li għandi mill-iljuni b’saħħithom.
18 Jien se nfaħħrek fil-kongregazzjoni l-kbira;+Fost poplu kbir se nagħtik tifħir.+
19 Jalla ma jifirħux minħabba fija dawk li huma l-għedewwa tiegħi mingħajr ebda raġuni;+U dawk li jobogħduni għalxejn, ħa ma jegħmżux b’għajnejhom lil xulxin.+
20 Għax ma jitkellmux kliem taʼ paċi.+Imma kontra l-kwieti taʼ l-artJoqogħdu jfasslu affarijiet qarriqin.+
21 U jiftħu ħalqhom beraħ kontrija.+Qalu: “Ħaħ! Ħaħ! Qed narawh b’għajnejna.”+
22 Int rajt, O Ġeħova.+ Tibqax sieket.+O Ġeħova, toqgħodx ’il bogħod minni.+
23 Qum u stenbaħ għall-ġudizzju tiegħi,+O Alla tiegħi, iva, Ġeħova, għall-kawża legali tiegħi.+
24 Iġġudikani skond is-sewwa tiegħek, O Ġeħova Alla tiegħi,+U jalla ma jifirħux minħabba fija.+
25 Jalla ma jgħidux f’qalbhom: “Ħaħ! Hekk ridna!”+Jalla ma jgħidux: “Blajnieh.”+
26 Ħa jistħu u jħossuhom avviliti lkoll flimkien+Dawk li jifirħu bil-gwaj tiegħi.+Ħa jilbsu l-mistħija+ u l-umiljazzjoni dawk li qed jitkabbru ħafna kontrija.+
27 Ħa jgħajtu bil-ferħ u jithennew dawk li qed jitgħaxxqu bis-sewwa tiegħi,+U jgħidu l-ħin kollu:+“Ħa jiġi mfaħħar bil-kbir Ġeħova, li jitgħaxxaq bil-paċi tal-qaddej tiegħu.”+
28 U ħa jgħid ilsieni s-sewwa tiegħek minn taħt l-ilsien,+U t-tifħir tiegħek il-jum kollu.+
Noti taʼ taħt
^ Letteralment, “mannara doppja.”

