Salmi 89:1-52
Maskil.* T’Etan l-Eżraħi.+
89 Dwar l-espressjonijiet taʼ qalb tajba bl-imħabba taʼ Ġeħova se nibqaʼ nkanta għal dejjem.+Minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni se ngħarraf b’fommi l-fedeltà tiegħek.+
2 Għax jien għedt: “Il-qalb tajba bl-imħabba se tibqaʼ soda għal dejjem;+Int iżżomm il-fedeltà tiegħek stabbilita fis-sod fis-smewwiet.”+
3 “Jien għamilt patt mal-magħżul tiegħi;+Ħlift lil David il-qaddej tiegħi,+
4 ‘Nislek nistabbilih fis-sod għal dejjem,+U nibni t-tron tiegħek+ minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.’” Sela.
5 Is-smewwiet se jfaħħru l-att meraviljuż tiegħek, O Ġeħova,+Iva, il-fedeltà tiegħek fil-kongregazzjoni tal-qaddisin.
6 Għax min fis-smewwiet jistaʼ jitqabbel maʼ Ġeħova?+Min jistaʼ jixbah lil Ġeħova fost ulied Alla?+
7 Alla għandu jiġi rispettat profondament mill-ġemgħa intima tal-qaddisin;+Hu grandjuż u jqanqal il-biżaʼ fost dawk kollha taʼ madwaru.+
8 O Alla Ġeħova taʼ l-armati,+Min għandu enerġija daqsek, O Jah?+U l-fedeltà tiegħek int turiha f’kollox.+
9 Int taħkem fuq il-baħar meta jitlaʼ;+Meta jgħolli l-mewġ tiegħu int tikkalmah.+
10 Farrakt lil Raħab,*+ bħal xi ħadd maqtul.+Bi driegħek b’saħħtu xerridt l-għedewwa tiegħek.+
11 Tiegħek is-sema,+ u l-art tiegħek ukoll;+L-art produttiva u kulma fiha+—int sejjisthom.+
12 It-tramuntana u n-nofsinhar—int ħlaqthom;+It-Tabor+ u l-Ħermon+ jgħajtu bil-ferħ u jfaħħru ismek.+
13 Driegħ setgħan għandek int,+Idek b’saħħitha,+Lemintek fl-għoli.+
14 Fuq is-sewwa u l-ġudizzju hu stabbilit it-tron tiegħek;+Il-qalb tajba bl-imħabba u l-verità jidħlu quddiemek.+
15 Henjin in-nies li jafu x’inhu l-għajat ferrieħi.+O Ġeħova, fid-dawl taʼ wiċċek jibqgħu mexjin.+
16 Minħabba ismek jifirħu l-jum kollu+U bis-sewwa tiegħek jitgħollew.+
17 Għax int il-ġmiel tas-saħħa tagħhom;+U peress li tapprovana jitgħolla l-qarn* tagħna.+
18 Għax it-tarka tagħna hi taʼ Ġeħova,+U s-sultan tagħna hu tal-Qaddis taʼ Israel.+
19 Dak iż-żmien int tkellimt f’viżjoni mal-leali tiegħek,+U għedtilhom:“Jien tajt l-għajnuna lil wieħed setgħan;+Eżaltajt lil wieħed magħżul minn fost il-poplu.+
20 Sibt lil David il-qaddej tiegħi;+Biż-żejt qaddis tiegħi dliktu,+
21 U idi se tkun miegħu u tkun soda,+U driegħi se jsaħħu wkoll.+
22 Ebda għadu ma se jitlob bil-jedd xi ħaġa mingħandu,+U ħadd minn ulied l-inġustizzja ma se jġiegħlu jsofri.+
23 Jien farrakt lill-avversarji tiegħu minn quddiemu,+U bqajt insawwat lil dawk li tant jobogħduh.+
24 Il-fedeltà u l-qalb tajba bl-imħabba tiegħi huma miegħu,+U b’ismi jitgħolla l-qarn tiegħu.+
25 Fuq il-baħar qegħedtlu idu+U fuq ix-xmajjar idu l-leminija.+
26 Hu jgħajjatli, ‘Int Missieri,+Alla tiegħi+ u l-Blata tas-salvazzjoni tiegħi.’+
27 U jien inqiegħdu bħala l-ewwel imwieled,+L-ogħla wieħed mis-slaten taʼ l-art.+
28 Il-qalb tajba bl-imħabba tiegħi lejh se nżommha għal dejjem,+U l-patt tiegħi jibqaʼ fidil lejh.+
29 U jien nistabbilixxi lil nislu għal dejjem+U jiem it-tron tiegħu jkunu daqs jiem is-sema.+
30 Jekk uliedu jitilqu l-liġi tiegħi+U ma jimxux mad-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi,+
31 Jekk ikasbru l-istatuti tiegħiU ma jħarsux il-kmandamenti tiegħi,
32 Jien ukoll nitlob kont minnhom għall-ksur tal-liġi tagħhom bil-ħatar+U għall-iżball tagħhom bis-swat.+
33 Imma l-qalb tajba bl-imħabba tiegħi m’iniex se nwarrabha minnu,+Lanqas ma se nikser il-fedeltà tiegħi.+
34 M’iniex se nkasbar il-patt tiegħi,+U l-kelma taʼ xofftejja ma nbiddilhiex.+
35 Darba ħlift bi qdusiti,+Li lil David ma ngħidlux gideb.+
36 Nislu jkun għal dejjem,+U t-tron tiegħu bħax-xemx quddiemi.+
37 Bħall-qamar ikun stabbilit fis-sod għal dejjem,U bħal xhud fidil fis-smewwiet.” Sela.
38 Imma int—int warrabt u tibqaʼ tiddisprezza;+Imtlejt b’rabja qalila għall-midluk tiegħek.+
39 Int stmerrejt il-patt mal-qaddej tiegħek;Kasbart id-dijadema tiegħu billi tfajtha maʼ l-art.+
40 Ġarraft l-imqawel tal-ġebel kollha tiegħu;+Għamilt ħerba mill-fortifikazzjonijiet tiegħu.+
41 Dawk kollha li kienu għaddejjin mit-triq ħarbtuh;+Sar oġġett taʼ żebliħ għall-ġirien tiegħu.+
42 Int għollejt il-leminija taʼ l-avversarji tiegħu;+Ferraħt lill-għedewwa kollha li għandu.+
43 Iktar minn hekk, int tqis sejfu bħala għadu,+U ma ħallejtux jirnexxi fil-battalja.+
44 Tfejtlu d-dija tiegħu,+U t-tron tiegħu xħettu maʼ l-art.+
45 Qassart jiem żgħożitu;Geżwirtu fl-għajb.+ Sela.
46 Kemm se ddum tinħeba, O Ġeħova? Għal dejjem?+Il-korla tiegħek se tibqaʼ taqbad bħal nar?+
47 Ftakar x’tul taʼ ħajja għandi.+Għalxejn ħlaqthom lill-ulied kollha tal-bnedmin?+
48 Liema raġel b’saħħtu hemm ħaj li mhux se jara l-mewt?+Jistaʼ hu jeħles ruħu minn id il-Qabar?*+ Sela.
49 Fejn huma l-atti taʼ qalb tajba bl-imħabba li għamilt qabel, O Ġeħova,Li dwarhom ħlift lil David bil-fedeltà tiegħek?+
50 Ftakar, O Ġeħova, it-tmaqdir fuq il-qaddejja tiegħek,+It-tmaqdir taʼ ħafna popli li jien ġarrejt fi ħdani,+
51 Kif l-għedewwa tiegħek maqdru, O Ġeħova,+Kif maqdru kull pass tal-midluk tiegħek.+
52 Ikun imbierek Ġeħova għal dejjem. Amen u Amen.+
Noti taʼ taħt
^ Ara Sa 32:Sopr, in-nota taʼ taħt.
^ X’aktarx li qed jirreferi għall-Eġittu jew għall-Fargħun tiegħu.
^ Bl-Ebrajk, “Xeol.”

