Salmi 32:1-11
Taʼ David. Maskil.*
32 Hieni hu dak li l-irvell tiegħu nħafirlu, li dnubu ġie mgħotti.+
2 Hieni l-bniedem li Ġeħova ma jżommx kont taʼ l-iżball tiegħu,+U li m’għandux spirtu taʼ qerq.+
3 Meta bqajt sieket, għadmi ttiekel minħabba l-krib tiegħi l-jum kollu.+
4 Għax lejl u nhar idek kienet tqila fuqi.+Saħħti nixfet bħall-ilma fin-nixfa tas-sħana tas-sajf.+ Sela.
5 Sa fl-aħħar, dnubi stqarrejtu miegħek, u l-iżball tiegħi ma bqajtx ngħattih.+Jien għedt: “Se nistqarr nuqqasijieti lil Ġeħova.”+U int ħfirt l-iżball taʼ dnubieti.+ Sela.
6 Minħabba f’hekk, kulmin hu leali se jitolbok+Waqt li tistaʼ tinstab.+U l-għargħar taʼ ħafna ilmijiet ma jmissux.+
7 Int il-post fejn ninħeba; int tħarisni min-niket.+Iddawwarni b’għajat mimli ferħ għax teħlisni.+ Sela.
8 “Se nagħtik id-dehen u nistruwik dwar it-triq li għandek taqbad.+Se nagħtik pariri u nżomm għajnejja fuqek.+
9 Tkunux bħal żiemel jew bagħal li ma jifhimx,+Li l-enerġija tiegħu trid titrażżan bi lġiem jew kappestru+Qabel jiġi ħdejk.”+
10 Bosta huma l-weġgħat tal-bniedem mill-agħar;+Imma min jafda f’Ġeħova hu mdawwar bil-qalb tajba bl-imħabba.+
11 Thennew b’Ġeħova u ifirħu, intom il-ġusti;+U għajtu bil-ferħ, intom ilkoll li retti f’qalbkom.+
Noti taʼ taħt
^ Dan it-terminu Ebrajk x’aktarx ifisser “poeżija taʼ kontemplazzjoni.”

