Salmi 66:1-20

Lid-​direttur. Għanja, melodija. 66  Għajtu lil Alla bil-​ferħ għajat taʼ rebħa, intom in-​nies kollha taʼ l-​art.+  2  Għannu għall-​glorja taʼ ismu.+Faħħruh u gglorifikawh.+  3  Għidu lil Alla: “Kemm iqanqlu biżaʼ l-​għemejjel tiegħek!+Minħabba l-​kobor taʼ saħħtek l-​għedewwa tiegħek se jiġu jitkaxkru quddiemek.+  4  In-nies kollha taʼ l-​art se jmilu quddiemek,+U jgħannulek, jgħannu lil ismek.”+ Sela.  5  Ejjew u araw l-​attivitajiet t’Alla.+Il-​mod kif jaġixxi maʼ wlied il-​bnedmin iqanqal il-​biżaʼ.+  6  Bidel il-​baħar f’art niexfa;+Bil-​mixi qasmu minn ġox-​xmara.+Hemm bdejna nifirħu bih.+  7  Hu jaħkem bis-​setgħa tiegħu għal dejjem.+Għajnejh jibqgħu għassa tal-​ġnus.+Ħa ma jitgħollewx dawk taʼ rashom iebsa.+ Sela.  8  Bierku lil Alla tagħna, O popli,+U semmgħu leħinkom b’tifħir għalih.+  9  Hu jżommilna ruħna ħajja,+U ma jħallix saqajna jogħtru.+ 10  Għax int eżaminajtna, O Alla;+Irfinajtna qisek qed tirfina l-​fidda.+ 11  Daħħaltna f’xibka tal-​kaċċa;+Qegħedtilna tagħbija fuq ġenbejna. 12  Lill-bniedem mortali ħallejtu jirkeb fuq rasna;+Għaddejna min-​nar u mill-​ilma,+U mbagħad ġibtilna serħan.+ 13  Jien dieħel f’darek b’offerti sħaħ tal-​ħruq;+Se rroddlok il-​wegħdi li għamiltlek+ 14  Li ħarġu minn xofftejja+U li għedt b’fommi meta kont f’sitwazzjoni mwiegħra.+ 15  Se noffrilek offerti sħaħ tal-​ħruq t’annimali msemmnin,+Mad-​duħħan tas-​sagrifiċċji taʼ l-​imtaten.Se noffri barri flimkien maʼ bdabad.+ Sela. 16  Ejjew, isimgħu, intom ilkoll li tibżgħu minn Alla, u nirrakkontalkom+X’għamel għalija.+ 17  Lilu sejjaħt b’fommi,+U t-​tifħir għalih kien fuq ilsieni.+ 18  Kieku f’qalbi kkunsidrajt xi ħaġa taʼ ħsara,Ġeħova ma jismagħnix.+ 19  Fil-fatt Alla semagħni;+Ta kas leħni meta tlabtu.+ 20  Ikun imbierek Alla, li ma warrabx it-​talba tiegħi,Lanqas il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu minn fuqi.+

Noti taʼ taħt