Salmi 83:1-18
Għanja. Melodija t’Asaf.+
83 O Alla, ħa ma jkunx hemm skiet min-naħa tiegħek;+Tibqax imbikkem, u tibqax kwiet, O Divin.+
2 Għax, ara, l-għedewwa tiegħek qamu f’rewwixta;+U dawk mimlijin mibegħda għalik refgħu rashom.+
3 B’makakkerija huma jkomplu jgħidu diskors kunfidenzjali kontra l-poplu tiegħek;+U jikkonfoffaw kontra dawk li int ħbejt.+
4 Qalu: “Ejjew ħa nqaċċtuhom darba għal dejjem u ma jibqgħux ġens iżjed,+Biex l-isem taʼ Israel ma jitfakkarx iktar.”+
5 Għax b’qalbhom kollha u f’unità kkonsultaw flimkien;+Għamlu patt kontrik,+
6 It-tined t’Edom+ u l-Ismagħelin, Mowab+ u l-Ħagrin,+
7 Gebal u Għammon+ u Għamalek,Il-Filistja+ flimkien maʼ l-abitanti taʼ Tir.+
8 Anki l-Assirja ssieħbet magħhom;+Saru driegħ għal ulied Lot.*+ Sela.
9 Agħmlilhom kif għamilt lil Midjan,+ kif għamilt lil Sisera,+Kif għamilt lil Ġabin+ fil-wied* taʼ Kison.+
10 Huma nqerdu għalkollox f’Għajn-dor;+Saru demel għall-art.+
11 U lin-nobbli tagħhom, agħmilhom bħal Għoreb u bħal Żeb,+U lid-duki kollha tagħhom bħal Żebaħ u bħal Salmunna,+
12 Li qalu: “Ejjew nieħdu taħt idejna l-postijiet fejn jgħammar Alla.”+
13 O Alla tiegħi, agħmilhom bħal ħaxix niexef maqbud fi tromba tar-riħ,+Bħal tiben* li jtir mar-riħ.+
14 Bħal nar li jaħraq il-foresta+U bħal fjamma li tqabbad il-muntanji,+
15 Hekk iġri warajhom int bil-maltempata tiegħek+U fixkilhom bir-riħ tat-tempesta tiegħek.+
16 Iksilhom wiċċhom bid-diżunur,+Sabiex in-nies ifittxu lil ismek, O Ġeħova.+
17 Ħa jistħu u jitħawdu għal dejjem,+U ħa jiġu avviliti u jgħibu;+
18 Biex in-nies ikunu jafu+ li int, li ismek hu Ġeħova,+Int waħdek l-Iktar Għoli+ fuq l-art kollha.+
Noti taʼ taħt
^ Hawnhekk jirreferi għall-Mowabin u l-Għammonin f’versi 6 u 7.

