Salmi 9:1-20
Lid-direttur. Fuq Mut-labben.* Melodija taʼ David.
א [Alef]
9 Infaħħrek, O Ġeħova, b’qalbi kollha;+Se niddikjara l-għemejjel taʼ l-għaġeb kollha tiegħek.+
2 Se nifraħ u nithenna minħabba fik,+U ngħanni lil ismek, O l-Iktar Għoli.+
ב [Bet]
3 Meta l-għedewwa tiegħi jduru lura,+Huma jitfixklu u jgħibu minn quddiemek.+
4 Għax int wettaqt il-ġudizzju u l-kawża tiegħi;+Poġġejt fuq it-tron biex tiġġudika bis-sewwa.+
ג [Gimel]
5 Int ċanfart il-ġnus,+ qridt lill-ħażin.+Isimhom ħassartu għal żmien indefinit, iva, għal dejjem.+
6 L-għadu jsir ħerba għal dejjem.+Hekk ukoll il-bliet li qaċċatt.+L-għadu tiegħek lanqas biss jissemma iktar.+
ה [Ħe]
7 Inkwantu għal Ġeħova, hu joqgħod fuq it-tron tiegħu għal dejjem,+Jistabbilixxi fis-sod it-tron tiegħu għall-ġudizzju.+
8 U jiġġudika bis-sewwa l-art abitata;+Jiġġudika l-ġnus b’mod rett.+
ו [Waw]
9 U Ġeħova jsir post fl-għoli taʼ sigurtà għal kulmin hu mfarrak,+Post fl-għoli taʼ sigurtà fi żminijiet taʼ niket.+
10 U dawk li jafu ismek jafdaw fik,+Għax int żgur ma titlaqx lil dawk li jfittxuk, O Ġeħova.+
ז [Żajin]
11 Għannu lil Ġeħova, li qed jgħammar f’Sijon;+Xandru fost il-popli l-għemejjel tiegħu.+
12 Għax, waqt li jfittex lil min ixerred id-demm,+ hu jiftakar f’dawk li qed isofru;+Żgur ma jinsiex l-għajta tagħhom.+
ח [Ħet]
13 Ħenn għalija, O Ġeħova; ara s-sofferenza li qed iġibu fuqi dawk li jobogħduni,+O int li qed terfagħni minn bibien il-mewt,+
14 Sabiex niddikjara l-għemejjel kollha tiegħek li jistħoqqilhom tifħir+Fil-bibien+ taʼ bint Sijon,+Biex nifraħ bis-salvazzjoni tiegħek.+
ט [Tet]
15 Il-ġnus waqgħu ’l isfel fil-ħofra li għamlu huma stess;+Fix-xibka+ li ħbew huma, inqabdet sieqhom.+
16 Ġeħova jintgħaraf mill-ġudizzji li jwettaq.+Il-ħażin inqabad f’nassa b’għemil idejh stess.+Ħiggajon.* Sela.
י [Jod]
17 Il-ħżiena+ jitilqu lejn il-Qabar,*+Kif ukoll il-ġnus kollha li jinsew lil Alla.+
18 Għax il-fqir ma jibqax minsi għal dejjem,+U t-tama tal-ġwejdin qatt ma tgħib.+
כ [Kaf]
19 Qum, O Ġeħova! Ħa ma jidhirx iktar b’saħħtu minnek il-bniedem mortali.+Ħalli l-ġnus jiġu ġudikati quddiem wiċċek.+
20 Itfaʼ l-biżaʼ fihom, O Ġeħova,+Sabiex il-ġnus ikunu jafu li m’huma xejn ħlief bnedmin mortali.+ Sela.
Noti taʼ taħt
^ Espressjoni Ebrajka mhix spjegata, imma tradotta minn xi wħud bħala “dwar il-mewt taʼ l-iben.”
^ Terminu tekniku Ebrajk użat fil-mużika, li t-tifsira tiegħu mhix ċerta.
^ Bl-Ebrajk, “Xeol.” Ara Appendiċi 4.

