Salmi 29:1-11

Melodija taʼ David. 29  Irrikonoxxu lil Ġeħova, O intom ulied is-​setgħanin,Irrikonoxxu l-​glorja u s-​saħħa taʼ Ġeħova.+  2  Irrikonoxxu l-​glorja taʼ isem Ġeħova.+Milu quddiem Ġeħova mżejnin bi lbies qaddis.+  3  Leħen Ġeħova qiegħed fuq l-​ilmijiet;*+L-​Alla glorjuż+ riegħed.+Ġeħova qiegħed fuq ħafna ilmijiet.+  4  Leħen Ġeħova qawwi;+Leħen Ġeħova impressjonanti.+  5  Leħen Ġeħova qed ikisser iċ-​ċedri;Iva, Ġeħova jkisser f’biċċiet iċ-​ċedri tal-​Libanu,+  6  U jġegħelhom jaqbżu bħal għoġol,+Il-​Libanu u s-​Sirjon+ bħal ulied il-​barrin salvaġġi.  7  Leħen Ġeħova qed itajjar il-​fjammi tan-​nar;+  8  Leħen Ġeħova jġiegħel ix-​xagħri jitkagħweġ,+Ġeħova jġiegħel ix-​xagħri taʼ Kades+ jitkagħweġ.  9  Leħen Ġeħova jġiegħel iċ-​ċriev jitkagħwġu bl-​uġigħ tal-​ħlas+U jneżżaʼ l-​foresti.+U fit-​tempju tiegħu kulħadd qed jgħid: “Glorja!”+ 10  Ġeħova qagħad bil-​qiegħda fuq id-​dilluvju;+U Ġeħova joqgħod bil-​qiegħda bħala sultan għal dejjem.+ 11  Ġeħova se jagħti s-​saħħa lill-​poplu tiegħu.+Ġeħova se jbierek lill-​poplu tiegħu bil-​paċi.+

Noti taʼ taħt

^ Dawn jirreferu għal maltempata tax-​xita.