Salmi 65:1-13
Lid-direttur. Melodija taʼ David. Għanja.
65 O Alla, int jistħoqqlok tifħir u silenzju, f’Sijon;+U lilek tintradd il-wegħda.+
2 O Semmiegħ it-talb, għandek jiġu n-nies taʼ kull xorta.+
3 L-iżbalji tiegħi għelbuni.+In-nuqqasijiet tagħna, int se tgħattihom.+
4 Hieni hu l-bniedem li tagħżel u tħallih jersaq lejk,+Biex ikun jistaʼ jgħammar fil-btieħi tiegħek.+Aħna se nimtlew bl-affarijiet tajbin taʼ darek,+Il-post qaddis tat-tempju tiegħek.+
5 Int twiġibna b’affarijiet li jqanqlu l-biżaʼ magħmulin bis-sewwa,+O Alla tas-salvazzjoni tagħna,+Il-Fiduċja taʼ dawk fix-xfar kollha taʼ l-art u taʼ dawk ’il bogħod fuq il-baħar.+
6 Bil-qawwa tiegħu jwaqqaf il-muntanji fis-sod;+Huwa mħażżem bis-setgħa.+
7 Jikkwieta l-ħoss taʼ l-ibħra,+Il-ħoss tal-mewġ tagħhom u l-istorbju tal-ġnus.+
8 U l-abitanti fl-ibgħad inħawi se jibżgħu mis-sinjali tiegħek;+Tlugħ u nżul ix-xemx jgħajtu bil-ferħ.+
9 Int ħadt ħsieb l-art, biex tkun tistaʼ tagħtiha l-abbundanza;+Timlieha b’ħafna ġid.In-nixxiegħa mingħand Alla mimlija ilma.+Int tipprovdilhom il-qmuħ,+Għax hekk tħejjiha l-art.+
10 Ir-raddi tagħha xxarrabhom sew, u twittilha l-ħamrija;+Trattabha b’ħalbiet spissi taʼ xita; tbierek dak li jinbet minnha.+
11 Int inkurunajt is-sena bi tjubitek,+U mogħdijietek iqattru bl-abbundanza.+
12 Il-mergħat tax-xagħri jibqgħu joqtru,+U l-għoljiet jitħażżmu bil-ferħ.+
13 Il-mergħat tlibbsu bl-imrieħel,+U l-pjanuri l-baxxi tgħattew bil-qmuħ.+Dawn jgħajtu bil-ferħ għajat taʼ rebħa, iva, ikantaw.+

