Salmi 139:1-24
Għad-direttur. Taʼ David. Melodija.
139 O Ġeħova, int fittixt fija, u tafni.+
2 Int taf meta npoġġi u meta nqum.+Int għaraft il-ħsieb tiegħi mill-bogħod.+
3 Qist meta vvjaġġajt u meta mteddejt,+U sirt midħla taʼ triqati kollha.+
4 Għax lanqas hemm kelma waħda fuq ilsieni,+Imma, ara, O Ġeħova, int diġà taf x’inhi.+
5 Minn wara u minn quddiem dawwartni;U tqiegħed idek fuqi.
6 Għarfien bħal dan hu taʼ l-għaġeb wisq għalija.+Tant hu fl-għoli li ma nistax nilħqu.+
7 Fejn nistaʼ mmur ’il bogħod mill-ispirtu tiegħek,+U fejn nistaʼ naħrab minn quddiem wiċċek?+
8 Kieku kelli nitlaʼ fis-sema, hemmhekk tkun int;+U kieku kelli nifrex soddti fil-Qabar,* ara, int tkun hemmhekk.+
9 Kieku kelli nieħu ġwinħajn+ iż-żerniq,Biex ngħammar fl-iktar baħar imbiegħed,+
10 Hemmhekk, ukoll, idek tmexxini+U idek il-leminija taqbadni.+
11 U kieku kelli ngħid: “Id-dlam żgur se jaħtafni malajr!”+Imbagħad il-lejl ikun dawl madwari.+
12 Saħansitra d-dlam ma jkunx mudlam wisq għalik,+Imma l-lejl ikun jiddi bħall-jum;+Id-dlam u d-dawl ikunu xorta.+
13 Għax int għamilt il-kliewi tiegħi;+Int żammejtni mistur f’żaqq ommi.+
14 Jien se nfaħħrek għax tal-biżaʼ l-mod taʼ l-għaġeb kif jien magħmul.+L-għemejjel tiegħek huma meraviljużi,+Bħalma ruħi taf tajjeb.+
15 Għadmi ma kienx moħbi minnek+Meta ġejt magħmul fis-sigriet,+Meta kont minsuġ fl-iktar partijiet baxxi+ taʼ l-art.
16 Għajnejk rawni meta kont għadni biss embriju,+U fil-ktieb tiegħek inkitbu l-partijiet kollha tiegħi,Dwar iż-żmien meta ġew ifformati+U ma kien għad hemm ebda parti teżisti.
17 Għalhekk, kemm huma prezzjużi għalija ħsibijietek!+O Alla, kemm hu kbir l-għadd kollu tagħhom!+
18 Kieku kelli nipprova ngħoddhom, kienu jkunu iktar mill-frak tar-ramel.+Jien qomt, u madankollu għadni miegħek.+
19 O li kieku int, O Alla, toqtol lill-ħażin!+Imbagħad l-irġiel ħatjin tad-demm+ jitilquni,
20 Dawk li jitkellmu dwarek skond l-idea tagħhom;+Użaw ismek b’mod ħażin+—l-avversarji tiegħek.+
21 Jaqaw ma nobgħodhomx jien lil dawk mimlijin mibegħda għalik, O Ġeħova,+U ma nistkerrahhomx lil dawk li jirvellaw kontrik?+
22 B’mibegħda sħiħa nobgħodhom.+Saru għalija għedewwa veri.+
23 Fittex fija, O Alla, u sir af lil qalbi.+Eżaminani, u sir af il-ħsibijiet li jinkwetawni,+
24 U ara jekk hemmx fija triq mimlija wġigħ,+U mexxini fit-triq+ dejjiema.
Noti taʼ taħt
^ Bl-Ebrajk, “Xeol.”

