Salmi 149:1-9
149 Faħħru lil Jah!+Kantaw lil Ġeħova għanja ġdida,+Faħħruh fil-kongregazzjoni taʼ wħud leali.+
2 Ħa jithenna Israel bil-Wieħed Grandjuż li għamlu,+Ulied Sijon—ħa jifirħu bis-Sultan tagħhom.+
3 Ħa jfaħħru ismu biż-żfin.+Ħa jgħannulu bit-tanburlin u l-arpa.+
4 Għax Ġeħova qed jieħu pjaċir bil-poplu tiegħu.+Lill-ġwejdin isebbaħhom bis-salvazzjoni.+
5 Ħa jifirħu l-leali fil-glorja li għandhom;Ħa jgħajtu bil-ferħ fuq is-sodod tagħhom.+
6 Ħa jkollhom fuq fommhom l-għanjiet li jfaħħru lil Alla bil-kbir,+U f’idhom sejf b’żewġt ixfar,+
7 Biex jagħmlu vendetta fuq il-ġnus,+Iċanfru lill-popli,+
8 Biex jorbtu lis-slaten tagħhom bil-ktajjen+U lill-uħud glorifikati tagħhom bi rbit tal-ħadid,
9 Biex iwettqu fuqhom id-deċiżjoni ġudizzjarja miktuba.+Glorja bħal din tappartjeni lil dawk kollha leali lejh.+Faħħru lil Jah!+

