Salmi 120:1-7

Għanja tat-​Tlajjaʼ. 120  Lil Ġeħova sejjaħt fin-​niket tiegħi,+U hu wiġibni.+  2  O Ġeħova, eħlisli ruħi minn xofftejn foloz,+Mill-​ilsien qarrieq.+  3  Wieħed x’se jagħtik, u x’se jżidlek,O lsien qarrieq?+  4  Vleġeġ misnunin taʼ raġel setgħan,+Kif ukoll ġamar mis-​siġar tal-​ġummar.+  5  Gwaj għalija, għax jien għext bħala barrani f’Mesek!+Għext fost it-​tined taʼ Kedar.+  6  Ruħi damet tgħix wisq+Maʼ dawk li jobogħdu l-​paċi.+  7  Jien favur il-​paċi;+ imma meta nitkellem,Ikunu jridu l-​gwerra.+

Noti taʼ taħt