Salmi 71:1-24
71 Fik, O Ġeħova, stkennejt.+Jalla qatt ma jkolli għalxiex nistħi.+
2 Fis-sewwa tiegħek jalla teħlisni u tħarrabni.+Mejjel widintek lejja u salvani.+
3 Sir għalija fortizza tal-blat li nistaʼ nidħol fiha l-ħin kollu.+Agħti kmand biex issalvani,+Għax int il-blat għoli tiegħi u l-fortizza tiegħi.+
4 O Alla tiegħi, ħarrabni minn taħt idejn il-ħażin,+Mill-pala taʼ idejn dak li qed jaġixxi b’inġustizzja u moħqrija.+
5 Għax int it-tama tiegħi,+ O Mulej Sovran Ġeħova, il-fiduċja tiegħi sa minn żgħożiti.+
6 Fuqek serraħt minn mindu kont fiż-żaqq;+Int Dak li ħriġtni mill-ġewwieni t’ommi.+Għalik hu t-tifħir tiegħi l-ħin kollu.+
7 Jien sirt qisni miraklu għal ħafna nies;+Imma int il-kenn b’saħħtu tiegħi.+
8 Fommi mimli bit-tifħir tiegħek,+Il-jum kollu nitkellem dwar sbuħitek.+
9 Tarminix fi żmien ix-xjuħija;+Meta l-qawwa tiegħi tkun qed tonqos, titlaqnix.+
10 Għax l-għedewwa tiegħi tkellmu dwari,+U dawk li qegħdin għassa għal ruħi kkonsultaw flimkien,+
11 U qalu: “Alla telqu.+Iġru warajh u aqbduh, għax m’hemmx min jeħilsu.”+
12 O Alla, iżżommx ’il bogħod minni.+O Alla tiegħi, fittex għinni.+
13 Jalla jistħu, jalla jintemmu dawk li qed jopponuni.+Ħa jinksew bit-tmaqdir u bl-umiljazzjoni dawk li jipprovaw jagħmluli l-ħsara.+
14 Imma min-naħa tiegħi, jien se nibqaʼ nistenna,+U nkompli nżid mat-tifħir kollu tiegħek.
15 Fommi stess se jitkellem dwar is-sewwa tiegħek,+Il-jum kollu nitkellem dwar is-salvazzjoni tiegħek,+Għax lanqas naf kemm hu l-għadd tagħhom.+
16 Jien ġej bis-setgħa grandjuża tiegħek,+ O Mulej Sovran+ Ġeħova;Se nsemmi s-sewwa tiegħek, tiegħek biss.+
17 O Alla, int għallimtni minn żgħożiti ’l quddiem,+U s’issa għadni nitkellem dwar l-għemejjel tiegħek taʼ l-għaġeb.+
18 Sakemm nixjieħ u xagħri jsir griż, O Alla, titlaqnix,+Sakemm inkun nistaʼ ngħid dwar driegħek lill-ġenerazzjoni,+Lil dawk kollha li għad iridu jiġu, dwar is-setgħa tiegħek.+
19 Is-sewwa tiegħek, O Alla, jilħaq fl-għoli.+Fl-affarijiet kbar li għamilt,+O Alla, min hu bħalek?+
20 Talli wrejtni ħafna niket u inkwiet,+Agħtini l-ħajja mill-ġdid;+U erġaʼ tellagħni mill-ilmijiet fondi taʼ l-art.+
21 Jalla żżid il-kobor tiegħi,+U ddawwarni u tfarraġni.+
22 Jien ukoll se nfaħħrek fuq strument tal-korda,+Infaħħrek għall-verità tiegħek, O Alla tiegħi.+Jien se ngħannilek bl-arpa, O Qaddis taʼ Israel.+
23 Xofftejja se jgħajtu bil-ferħ meta nħoss li rrid ngħannilek,+U tifraħ ruħi li int fdejt.+
24 Ukoll, ilsieni se jgħid is-sewwa tiegħek minn taħt l-ilsien il-jum kollu,+Għax dawk li jipprovaw jagħmluli l-ħsara ġew imġegħlin jistħu u jħossuhom avviliti.+

