Salmi 148:1-14

148  Faħħru lil Jah!+Faħħru lil Ġeħova mis-​smewwiet,+Faħħruh fl-​għoli.+  2  Faħħruh, anġli kollha tiegħu.+Faħħru, armata kollha tiegħu.+  3  Faħħruh, xemx u qamar.+Faħħruh, kwiekeb kollha tad-​dawl.+  4  Faħħruh, smewwiet tas-​smewwiet,+U ilmijiet li qegħdin ’il fuq mis-​smewwiet.+  5  Ħa jfaħħru isem Ġeħova;+Għax hu kkmanda, u huma nħolqu.+  6  U hu jżommhom weqfin għal dejjem, għal żmien indefinit.+Għamel regolament li mhux se jgħaddi.+  7  Faħħru lil Ġeħova mill-​art,+Mostri tal-​baħar u intom ilmijiet fondi kollha,+  8  Nar u silġ, borra u duħħan oħxon,+Riefnu qawwi li qed twettaq kelmtu,+  9  Muntanji u għoljiet kollha,+Siġar tal-​frott u ċedri kollha,+ 10  Annimali salvaġġi u annimali domestiċi kollha,+Ħlejjaq li titkaxkru u għasafar bil-​ġwienaħ,+ 11  Slaten taʼ l-​art+ u popli kollha,Prinċpijiet+ u mħallfin kollha taʼ l-​art,+ 12  Ġuvintur+ u xebbiet,+Xjuħ+ flimkien mat-​tfal.+ 13  Ħa jfaħħru isem Ġeħova,+Għax ismu biss hu tant fl-​għoli li ma jintlaħaqx.+Id-​dinjità tiegħu hi ’l fuq mill-​art u s-​sema.+ 14  Hu se jgħolli l-​qarn* tal-​poplu tiegħu,+It-​tifħir taʼ dawk kollha leali lejh,+Taʼ wlied Israel, il-​poplu li hu qribu.+Faħħru lil Jah!+

Noti taʼ taħt

^ Ara l-​1Sa 2:1, in-​nota taʼ taħt.