Salmi 60:1-12
Lid-direttur. Fuq Il-Ġilju tat-Tfakkira. Miktam.* Taʼ David. Biex jgħallem.+ Meta ssielet mal-qawwiet t’Aram-naħarajm u t’Aram-Soba, u Ġowab ġie lura u ħabat għall-Edomin f’Wied il-Melħ, u qatel tnax-il elf.+
60 O Alla, int warrabtna, u nfidt il-qawwiet tagħna;+Int għadabt. Aċċettana lura.+
2 Int regħedt l-art, u fraqtha.+Fejjaqha mill-qsim tagħha, għax theżżet.+
3 Int ġegħelt lill-poplu tiegħek jara t-tbatija.+Tajtna nixorbu l-inbid u aħna stordejna.+
4 Int għollejt arblu bħala sinjal għal dawk li jibżgħu minnek+Biex jiġru żigużajg ħalli jaħarbu mill-qaws. Sela.
5 Sabiex il-maħbubin tiegħek jinħelsu,+Salvana bil-leminija tiegħek u wiġibna.+
6 Alla tkellem fil-qdusija tiegħu:+“Jien se nifraħ, lil Sikem nagħti bħala sehem;+U l-pjanura l-baxxa taʼ Sukkot se nkejjilha u nagħtiha.+
7 Tiegħi Gilegħad u tiegħi wkoll Manasse,+U Efrajm hu l-fortizza tal-wieħed ewlieni tiegħi;Ġuda hu l-ħatar tiegħi taʼ kmandant.+
8 Mowab il-friskatur tiegħi tal-ħasil.+Għal fuq Edom se nitfaʼ s-sandlija tiegħi.+Fuq il-Filistja se ngħajjat bil-ferħ għajat taʼ rebħa.”+
9 Min se jiħodni lejn il-belt assedjata?+Min se jmexxini s’Edom?+
10 Mhux int, O Alla, li warrabtna+U li ma toħroġx maʼ l-armati tagħna bħala Alla tagħna?+
11 Agħtina l-għajnuna fl-inkwiet,+Għax għalxejn nittamaw għas-salvazzjoni mill-bniedem.+
12 Permezz t’Alla se niksbu enerġija kbira,+U hu jisħaq lill-avversarji tagħna.+
Noti taʼ taħt
^ Ara Sa 16:Sopr, in-nota taʼ taħt.

