Salmi 43:1-5
43 Iġġudikani,+ O Alla,U mexxi l-kawża legali tiegħi+ kontra ġens mhux leali.Eħlisni mill-bniedem taʼ qerq u inġustizzja.+
2 Għax int l-Alla tiegħi, il-fortizza tiegħi.+Għala warrabtni?Għala nimxi ’l hemm u ’l hawn qalbi sewda minħabba l-moħqrija mill-għadu?+
3 Ibgħat id-dawl tiegħek u l-verità tiegħek.+Ħa jmexxuni huma.+Ħa jġibuni lejn il-muntanja qaddisa tiegħek u lejn it-tabernaklu grandjuż tiegħek.+
4 U jien niġi lejn l-artal t’Alla,+Lejn Alla, il-ferħ kbir tiegħi.+U nfaħħrek bl-arpa, O Alla, Alla tiegħi.+
5 Għala int iddisprata, O ruħi,+Għala tagħmel storbju ġewwa fija?Stenna lil Alla,+Għax jien għad irrid infaħħru bħala s-salvazzjoni grandjuża tiegħi u bħala Alla tiegħi.+

