Salmi 55:1-23
Lid-direttur. Fuq l-istrumenti tal-korda. Maskil.* Taʼ David.
55 Agħti widen, O Alla, għat-talba tiegħi;+U tinħebiex mis-supplika* tiegħi għall-ħniena.+
2 Agħti kasi u wiġibni.+M’għandix kwiet minħabba t-tħassib tiegħi,+U ma nistax ma ninkwetax,
3 Minħabba dak li qed jgħid l-għadu, minħabba l-pressjoni mill-ħażin.+Għax huma l-ħin kollu jagħmluli l-ħsara,+U bir-rabja jżommu f’qalbhom il-mibegħda għalija.+
4 Qalbi muġugħa għall-aħħar ġo fija,+U waqaʼ fuqi l-biżaʼ tal-mewt.+
5 Biżaʼ, iva, tregħid għandi fuqi,+U t-tkexkix jgħattini.
6 U l-ħin kollu ngħid: “O li kelli l-ġwienaħ bħal ħamiema!+Kieku kont intir xi mkien ieħor u ngħammar hemm.+
7 Ara! Kont intir ’il bogħod;+Kont immur noqgħod fix-xagħri.+—Sela—
8 Kont ngħaġġel lejn post fejn naħrabMir-riħ qawwi, mit-tempesta.”+
9 Ħawwadhom, O Ġeħova, ħawdilhom kliemhom,+Għax vjolenza u argumenti rajt fil-belt.+
10 Lejl u nhar iduru magħha fuq is-swar tagħha;+U ħsara u inkwiet hemm ġewwa fiha.+
11 Għawġ hemm f’nofsha;U l-moħqrija u l-qerq ma ċċaqalqux mill-pjazza tagħha.+
12 Għax mhux l-għadu kien li maqdarni;+Kieku kont nissaportih.Mhux xi ħadd li kien mimli mibegħda għalija tkabbar ħafna kontrija;+Kieku kont inkun nistaʼ ninħeba minnu.+
13 Imma kont int, bniedem mortali li jien stmajtu daqsi,+Xi ħadd li naf u li jien midħla tiegħu,+
14 Għax konna ngawdu ħbiberija ħelwa flimkien;+Lejn id-dar t’Alla konna nimxu mal-ġemgħa.+
15 Ħa tiġi ħerba fuqhom!+Ħa jinżlu ħajjin fil-Qabar;*+Għax il-ħażen jgħammar fejn jgħammru huma.+
16 Min-naħa tiegħi, se nsejjaħ lil Alla;+U Ġeħova jsalvani.+
17 Fil-għaxija, fil-għodu, u f’nofsinhar ma nistax ma ninkwetax, u għalhekk nokrob,+U hu jismaʼ leħni.+
18 Hu se jifdili ruħi mill-attakki kontrija u jagħtiha l-paċi,+Għax ġew kotriet kontrija.+
19 Alla, li qiegħed fuq it-tron bħal fil-passat,+Se jismagħhom u jwiġibhom+—Sela—Lil dawk li ma nbidlux+U li ma beżgħux minn Alla.+
20 Hu* medd idejh kontra dawk fil-paċi miegħu;+Kasbar il-patt tiegħu.+
21 Artab iktar mill-butir kliem fommu,+Imma qalbu lesta għall-ġlied.+Kliemu jiżloq iktar miż-żejt,+Imma fil-fatt hu bħal sejf mislut.+
22 Ixħet toqlok fuq Ġeħova,+U jsostnik.+Hu qatt ma jħalli lill-ġust jogħtor.+
23 Imma int, O Alla, se tniżżilhom fl-iktar ħofra fonda.+Il-bnedmin ħatjin tad-demm u qarriqin mhux se jgħixu nofs il-jiem tagħhom.+Imma jien, jien se nafda fik.+
Noti taʼ taħt
^ Ara Sa 32:Sopr, in-nota taʼ taħt.
^ Jew, “mit-talba bil-ħerqa.”
^ Bl-Ebrajk, “Xeol.”
^ “Hu” milli jidher jirreferi għal dak li kien il-ħabib tas-Salmista u li ssemma f’versi 12-14.

