Salmi 137:1-9
137 Ħdejn ix-xmajjar taʼ Babilonja+—hemmhekk qgħadna bil-qiegħda.+U bkejna wkoll meta ftakarna f’Sijon.+
2 Mas-siġar tal-luq+ li kien hemm f’nofshaDendilna l-arpi tagħna.+
3 Għax hemmhekk dawk li jassruna talbuna għanja,+U dawk li żebilħuna riduna nferrħuhom:+“Kantawlna waħda mill-għanjiet taʼ Sijon.”+
4 Kif nistgħu nkantaw l-għanja taʼ Ġeħova+F’art barranija?+
5 Kieku kelli ninsiek, O Ġerusalemm,+Ħa tinsa wkoll leminti l-abbiltà tagħha.
6 Ħa jeħilli lsieni mas-saqaf taʼ ħalqi,+Jekk ma niftakarx fik,+Jekk Ġerusalemm ma tkunx għalijaL-akbar raġuni għall-hena.+
7 Ftakar,+ O Ġeħova, f’ulied Edom+ dakinhar li waqgħet Ġerusalemm,+Li qalu: “Ikxfuha! Ikxfuha sal-pedament tagħha!”+
8 O bint Babilonja, li se titneżżaʼ,+Hieni jkun dak li jħallsek+Bl-istess trattament li ttrattajtna bih.+
9 Hieni jkun dak li jaħtaf u jfarrak+Lit-tfal tiegħek mal-blat.

