Salmi 57:1-11
Lid-direttur. “Tagħmilx ħerba.” Taʼ David. Miktam.* Meta ħarab minħabba Sawl, għal ġo l-għar.+
57 Ħenn għalija, O Alla, ħenn għalija,+Għax fik stkennet ruħi;+U fid-dell taʼ ġwinħajk nistkenn sakemm jgħaddi l-għawġ.+
2 Jien insejjaħ lil Alla l-Iktar Għoli, lill-Alla l-veru li jtemm l-għawġ tiegħi minħabba fija.+
3 Se jibgħat l-għajnuna mis-sema u jsalvani.+Se jħawwad lil dak li qed jipprova jaħtafni f’ħalqu.+ Sela.Alla se jibgħat il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu u l-verità tiegħu.+
4 Ruħi qiegħda qalb l-iljuni;+Ikolli nimtedd fost dawk li jridu jibilgħuni, iva, ulied il-bnedmin,Li snienhom huma lanez u vleġeġ,+U lsienhom sejf jaqtaʼ.+
5 Ħa titgħolla ’l fuq mis-smewwiet, O Alla;+Ħa tkun il-glorja tiegħek ’il fuq mill-art kollha.+
6 Huma ħejjew xibka għal saqajja;+Ruħi mtaqqla bin-niket.+Ħaffruli ħofra quddiemi;U waqgħu fiha huma stess.+ Sela.
7 Qalbi soda, O Alla,+Qalbi soda.Se nkanta u ngħanni.+
8 Stenbaħ, O kulma hu glorjuż fija;+Stenbaħ, O strument tal-korda; int ukoll, O arpa.+Jien se nqajjem iż-żerniq.
9 Se nfaħħrek fost il-popli, O Ġeħova;+Ngħannilek fost il-ġnus.+
10 Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħek hija kbira sas-smewwiet,+U l-verità tiegħek sas-sema.+
11 Ħa titgħolla ’l fuq mis-smewwiet, O Alla;+Ħa tkun il-glorja tiegħek ’il fuq mill-art kollha.
Noti taʼ taħt
^ Ara Sa 16:Sopr, in-nota taʼ taħt.

