Salmi 99:1-9
99 Ġeħova sar sultan.+ Ħa jitriegħdu l-popli.+Hu qiegħed bil-qiegħda fuq il-kerubini.+ Ħa tirtogħod l-art.+
2 Ġeħova hu kbir f’Sijon,+U jinsab fl-għoli fuq il-popli kollha.+
3 Ħa jfaħħru lil ismek.+Kbir u jqanqal il-biżaʼ, qaddis hu.+
4 Bħala sultan, hu jħobb il-ġustizzja u juża saħħtu biex juriha.+Int waqqaft dak li hu rett fis-sod.+Ġustizzja u sewwa wettaqt f’Ġakobb.+
5 Għollu bit-tifħir lil Ġeħova Alla tagħna+ u milu ħdejn il-banketta għal saqajh;+Hu qaddis.+
6 Mosè u Aron kienu fost il-qassisin tiegħu,+U Samwel kien fost dawk li jsejħu ismu.+Kienu jsejħu lil Ġeħova, u hu kien iwiġibhom.+
7 Fil-kolonna tas-sħab baqaʼ jitkellem magħhom.+Huma żammew it-tfakkiriet tiegħu u r-regolament li tahom.+
8 O Ġeħova Alla tagħna, int wiġibthom.+Kont għalihom Alla li taħfer,+U li tagħmel vendetta għall-għemejjel mistkerrhin tagħhom.+
9 Għollu bit-tifħir lil Ġeħova Alla tagħna+U milu ħdejn il-muntanja qaddisa tiegħu.+Għax Ġeħova Alla tagħna hu qaddis.+

