Salmi 64:1-10

Lid-​direttur. Melodija taʼ David. 64  O Alla, ismaʼ leħni fl-​inkwiet tiegħi.+Mit-​twerwir taʼ l-​għadu ħarisli ħajti.+  2  Aħbini mid-​diskors kunfidenzjali tal-​ħżiena,+Mill-​istorbju taʼ dawk li jipprattikaw il-​ħsara,+  3  Li sinnew ilsienhom bħal sejf,+Li mmiraw il-​vleġġa tagħhom, kliem taʼ mrar,+  4  Biex jisparaw minfejn ikunu moħbijin lejn bniedem bla ħtija.+Jisparawlu f’daqqa waħda u ma jibżgħux.+  5  Jibqgħu jgħidu kliem mill-​agħar;+Jitkellmu dwar kif se jaħbu n-​nases.+Qalu: “Min se jarahom?”+  6  Jibqgħu jfittxu affarijiet mhux sewwa;+Fasslu bil-​moħbi pjan makakk u maħsub tajjeb,+U fil-​fond wisq hu l-​ġewwieni taʼ kull wieħed minnhom, iva, qalbu.+  7  Imma f’daqqa waħda Alla se jisparalhom vleġġa,+U jimtlew bil-​feriti.+  8  Huma jfixklu lil dak li jkun.+Imma lsienhom idur kontrihom stess.+Kulmin iħares lejhom se jxejjer rasu,+  9  U l-​bnedmin kollha jibżgħu;+U jitkellmu dwar l-​attività t’Alla,+U jifhmu għemilu.+ 10  Il-ġust se jithenna b’Ġeħova u jistkenn fih;+U dawk kollha retti f’qalbhom se jiftaħru.+

Noti taʼ taħt