Salmi 107:1-43
(Salmi 107 – 150)
107 Irringrazzjaw lil Ġeħova, għax hu tajjeb;+Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu hi għal dejjem.+
2 Ħa jgħidu hekk dawk li Ġeħova ħadhom lura,+Li ħadhom lura minn id l-avversarju,+
3 U li ġabarhom flimkien mill-artijiet,+Minn tlugħ ix-xemx u minn inżul ix-xemx,+Mit-tramuntana u min-nofsinhar.+
4 Huma ġġerrew fix-xagħri,+ fid-deżert;+Ma sabux triq li tagħti għal belt fejn jistgħu jgħammru.+
5 Kienu bil-ġuħ, u bil-għatx ukoll;+Ħajjithom bdiet tbatti.+
6 Huma baqgħu jgħajtu lil Ġeħova fin-niket tagħhom;+U hu ħelishom mill-pressjonijiet li kellhom fuqhom,+
7 U mexxiehom fit-triq it-tajba,+Sabiex jaslu f’belt fejn jgħammru.+
8 Ħa jirringrazzjaw in-nies lil Ġeħova għall-qalb tajba bl-imħabba tiegħu+U għall-għemejjel tiegħu taʼ l-għaġeb maʼ wlied il-bnedmin.+
9 Għax hu xebbaʼ lir-ruħ għatxana;+U lir-ruħ imġewħa mlieha b’affarijiet tajbin.+
10 Xi wħud kienu jgħammru fid-dlam u fis-swidija,+Kienu priġunieri fis-sofferenza u l-irbit tal-ħadid.+
11 Għax aġixxew b’mod ribelluż+ kontra kliem Alla;+U ma wrewx rispett għall-pariri taʼ l-Iktar Għoli.+
12 Għalhekk, hu rażżnilhom qalbhom bl-inkwiet;+Huma tfixklu, u ma kien hemm ħadd li jgħinhom.+
13 U bdew isejħu lil Ġeħova għall-għajnuna fin-niket tagħhom;+U bħas-soltu, hu salvahom mill-pressjonijiet li kellhom fuqhom.+
14 Ħariġhom mid-dlam u mis-swidija,+U qasam l-irbit tagħhom fi tnejn.+
15 Ħa jirringrazzjaw in-nies lil Ġeħova għall-qalb tajba bl-imħabba tiegħu+U għall-għemejjel tiegħu taʼ l-għaġeb maʼ wlied il-bnedmin.+
16 Għax hu kisser il-bibien tar-ram aħmar,+U qaċċat l-istaneg tal-ħadid.+
17 Dawk li kienu boloh, minħabba t-triq taʼ ksur tal-liġi li qabdu+U minħabba l-iżbalji tagħhom, fl-aħħar mill-aħħar ġabu s-sofferenza fuqhom infushom.+
18 Ruħhom bdiet tistkerrah kull xorta taʼ ikel+U kienu waslu f’bibien il-mewt.+
19 U bdew isejħu lil Ġeħova għall-għajnuna fin-niket tagħhom;+U bħas-soltu, hu salvahom mill-pressjonijiet li kellhom fuqhom.+
20 Bagħat kelmtu u fejjaqhom+U ħelishom mill-ħofra.+
21 Ħa jirringrazzjaw in-nies lil Ġeħova għall-qalb tajba bl-imħabba tiegħu+U għall-għemejjel tiegħu taʼ l-għaġeb maʼ wlied il-bnedmin.+
22 U ħa joffru s-sagrifiċċji taʼ radd il-ħajr+U jxandru l-għemejjel tiegħu b’għajta ferriħija.+
23 Dawk li sejrin fuq il-baħar bil-bastimenti,+U jinnegozjaw fuq l-ilmijiet vasti,+
24 Raw l-għemejjel taʼ Ġeħova+U l-għemejjel tiegħu taʼ l-għaġeb fil-qiegħ;+
25 Kif malli jgħid il-kelma jqum riefnu qawwi,+U dan jgħolli l-imwieġ tal-baħar.+
26 Huma jitilgħu lejn is-smewwiet,U jinżlu lejn il-qiegħ.Minħabba l-gwaj, ruħhom iddub.+
27 Jitbandlu u jixxenglu bħal raġel fis-sakra,+U l-għerf kollu tagħhom jitħawwad.+
28 U jibdew jgħajtu lil Ġeħova fin-niket tagħhom,+U hu joħroġhom mill-pressjonijiet li jkollhom fuqhom.+
29 Jikkalma r-riefnu,+Sabiex l-imwieġ tal-baħar joqogħdu kwieti.+
30 U jifirħu għax dawn jikkalmaw,U jmexxihom lejn il-port li jixxennqu għalih.+
31 Ħa jirringrazzjaw in-nies lil Ġeħova għall-qalb tajba bl-imħabba tiegħu+U għall-għemejjel tiegħu taʼ l-għaġeb maʼ wlied il-bnedmin.+
32 U ħa jfaħħruh bil-kbir fil-kongregazzjoni tal-poplu;+Ħa jfaħħruh fil-post fejn ipoġġu x-xjuħ.+
33 Hu jibdel ix-xmajjar f’xagħri,+U n-nixxigħat taʼ l-ilma f’art għatxana,+
34 Art li tagħti l-frott f’pajjiż mielaħ,+Minħabba l-ħażen taʼ dawk li jgħammru hemmhekk.
35 Jibdel xagħri f’għadira taʼ l-ilma kollha qasab,+U l-art taʼ reġjun bla ilma f’nixxigħat taʼ l-ilma.+
36 U jġiegħel lil dawk bil-ġuħ jgħammru hemmhekk,+Sabiex jistabbilixxi belt li tistaʼ tiġi abitata.+
37 U jiżirgħu għelieqi u jħawlu oqsma bid-dwieli,+Li jagħtu ħafna frott.+
38 U hu jberikhom u joktru ħafna;+U ma jħallix il-bhejjem tagħhom jonqsu.+
39 Imma huma jerġgħu jsiru ftit u jinżlu maʼ l-art+Minħabba l-oppressjoni, il-gwaj, u n-niket.+
40 Hu jsawwab id-disprezz fuq in-nobbli,+Sabiex iġerrihom ’l hemm u ’l hawn f’post vojt, fejn m’hemmx toroq.+
41 Imma jipproteġi lill-fqir mis-sofferenza+U jagħmel minnu ħafna familji bħal merħla kbira.+
42 Ir-retti jaraw dan u jithennew;+Imma kulmin jagħmel l-inġustizzja jrid jagħlaq ħalqu.+
43 Min hu għaref? Dan se josserva dawn l-affarijiet+U juri li hu attent għall-atti taʼ qalb tajba bl-imħabba taʼ Ġeħova.+

