Salmi 39:1-13
Lid-direttur taʼ Ġedutun.*+ Melodija taʼ David.
39 Jien għedt: “Se ngħasses triqati+Biex ma nidnibx bi lsieni.+Se nagħmel sarima biex ngħasses fommi,+Sakemm ikun hemm quddiemi xi ħadd mill-agħar.”+
2 Jien tbikkimt u qgħadt sieket;+Bqajt kwiet dwar dak li hu tajjeb ukoll,+U rażżant l-uġigħ tiegħi.
3 Qalbi saħnet ġewwa fija;+Matul it-tnehid tiegħi n-nar baqaʼ jaqbad.Għedt bi lsieni:
4 “O Ġeħova, għarrafni tmiemi,+X’inhu t-tul taʼ jiemi,+Biex inkun naf kemm hi qasira ħajti.+
5 Ara! Jiemi int għamilthom ftit biss;+U quddiemek it-tul taʼ ħajti qisu m’hu xejn.+Żgur li kull bniedem taʼ l-art, għalkemm hu wieqaf fis-sod, m’hu xejn ħlief nifs.+ Sela.
6 Tassew li l-bniedem jimxi ’l hemm u ’l hawn bħal dell.+Tassew li n-nies jagħmlu storbju għalxejn.+Wieħed igeddes l-affarijiet u ma jafx min se jiġborhom.+
7 U issa għalxiex ittamajt jien, O Ġeħova?Lilek qed nistenna.+
8 Eħlisni min-nuqqasijiet kollha tiegħi.+Tħallinix niġi mżeblaħ mill-bniedem bla sens.+
9 Bqajt imbikkem;+ ma stajtx niftaħ fommi,+Għax int aġixxejt.+
10 Warrab minn fuqi l-kastig tiegħek.+Minħabba li idek hi kontrija jien intemmejt.+
11 Int ikkoreġejt lill-bniedem billi widdibtu għall-iżball tiegħu,+U tikollu l-affarijiet mixtiqin bħalma tagħmel il-kamla.+Tassew li kull bniedem taʼ l-art hu nifs.+ Sela.
12 Ismaʼ talbi, O Ġeħova,U agħti widen għall-għajta tiegħi għall-għajnuna.+Tibqax sieket għad-dmugħ tiegħi.+Għax ma jien xejn ħlief resident barrani miegħek,+Immigrant bħal missirijieti kollha.+
13 Tħarisx lejja fir-rabja tiegħek, biex inkun nistaʼ nifraħ mill-ġdid+Qabel ma nitlaq u ma nkunx iktar.”+
Noti taʼ taħt
^ Terminu Ebrajk mhux spjegat.

