Salmi 6:1-10

Lid-​direttur. Għall-​istrumenti tal-​korda, fuq l-​ottava taʼ taħt.+ Melodija taʼ David. 6  O Ġeħova, twiddibnix fir-​rabja tiegħek,+U tikkoreġinix fil-​korla tiegħek.+  2  Ħenn għalija, O Ġeħova, għax jien ma niflaħx iktar.+Fejjaqni,+ O Ġeħova, għax għadmi mriegħed.  3  Iva, jien inħossni mħawwad ħafna;+U int, O Ġeħova—kemm se ddum?+  4  Ejja lura,+ O Ġeħova, u eħlisni;+Salvani minħabba l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek.+  5  Għax fil-​mewt ħadd ma jistaʼ jsemmik;+Fil-​Qabar* min jistaʼ jfaħħrek?+  6  Għejejt nitniehed;+Friexi mxarrab għasra l-​lejl kollu;+Soddti tegħreq fid-​dmugħ.+  7  Bid-dwejjaq għajnejja ddgħajfu,+Marru lura minħabba l-​għedewwa kollha tiegħi.+  8  Itilqu minn quddiemi, intom ilkoll li tipprattikaw il-​ħsara,+Għax Ġeħova se jismaʼ l-​biki tiegħi.+  9  Ġeħova se jismaʼ s-​supplika* tiegħi għall-​ħniena;+Ġeħova se jaċċetta t-​talba tiegħi.+ 10  L-għedewwa kollha tiegħi se jistħu+ u jitħawdu għall-​aħħar;Minnufih iduru lura bil-​mistħija.+

Noti taʼ taħt

^ Bl-Ebrajk, “Xeol.” Ara Appendiċi 4.
^ Jew, “it-​talba bil-​ħerqa.”