Salmi 78:1-72
Maskil.* T’Asaf.+
78 O poplu tiegħi, agħti widen għal-liġi tiegħi;+Mejjel widintek għal kliem fommi.+
2 Bil-qwiel se niftaħ fommi;+Se ngħid ħaġa moħġaġa taʼ żmien twil ilu.+
3 Dawn aħna smajniehom u nafu bihom,+U qaluhomlna missirijietna;+
4 U ma naħbuhomx minn uliedhom,+Għax ngħiduhom lill-ġenerazzjoni li ġejja,+L-għemejjel taʼ Ġeħova li jistħoqqilhom tifħir u s-saħħa tiegħu+U l-għeġubijiet li għamel.+
5 Hu waqqaf tfakkira f’Ġakobb,+U stabbilixxa liġi f’Israel,+Affarijiet li kkmanda lil missirijietna,+Biex jgħarrfuhom lil uliedhom;+
6 Sabiex tkun taf bihom il-ġenerazzjoni taʼ wara, l-ulied li kellhom jitwieldu,+U dawn ikunu jistgħu jqumu u jgħiduhom lil uliedhom,+
7 U jkunu jistgħu jqiegħdu l-fiduċja tagħhom f’Alla+U ma jinsewx x’għamel Alla+ imma josservaw il-kmandamenti tiegħu.+
8 B’hekk, ma jsirux bħal missirijiethom,+Ġenerazzjoni rasha iebsa u ribelluża,+Ġenerazzjoni li ma ħejjietx qalbha+U li ma wrietx spirtu taʼ fedeltà m’Alla.+
9 Ulied Efrajm, għalkemm kienu armati biex jisparaw il-qaws,+Irtiraw f’jum il-ġlied.+
10 Ma ħarsux il-patt t’Alla,+U ma ridux jimxu mal-liġi tiegħu.+
11 Bdew ukoll jinsew kif aġixxa+U l-għemejjel taʼ l-għaġeb tiegħu li wriehom.+
12 Quddiem missirijiethom hu kien għamel il-meravilji+Fl-art taʼ l-Eġittu,+ it-territorju taʼ Sogħan.+
13 Feraq il-baħar, biex iħallihom jgħaddu,+U waqqaf l-ilmijiet bħal ħajt.+
14 Kompla jmexxihom permezz taʼ sħaba bi nhar+U b’dawl tan-nar tul il-lejl kollu.+
15 Qasam il-blat fix-xagħri,+Biex jagħtihom jixorbu bl-abbundanza bħal taʼ ilmijiet fondi.+
16 Ħareġ nixxigħat mill-blat+U niżżel ilmijiet bħal xmajjar.+
17 Iżda huma xorta baqgħu jidinbu kontrih+Billi rribellaw kontra l-Iktar Għoli fir-reġjun bla ilma;+
18 U f’qalbhom għaddew lil Alla minn prova+Billi talbu xi ħaġa x’jieklu skond ix-xewqa tagħhom.+
19 U bdew jitkellmu kontra Alla.+Qalu: “Kapaċi Alla jħejjilna mejda fix-xagħri?”+
20 Ara! Hu ta daqqa fuq blata+Biex l-ilmijiet igelglu u l-widien ifuru.+“Għandu hu l-ħila jagħtina l-ħobż,+Jew jistaʼ jħejji l-ikel għall-poplu tiegħu?”+
21 Kien għalhekk li Ġeħova semaʼ u rrabja bil-kbir;+U nar xegħel għal Ġakobb,+U qamet rabja għal Israel.+
22 Għax ma poġġewx il-fidi tagħhom f’Alla,+U ma fdawx fis-salvazzjoni permezz tiegħu.+
23 Hu kkmanda s-sema msaħħab t’hemm fuq,U fetaħ bwieb is-sema.+
24 U baqaʼ jitfaʼ xita taʼ manna fuqhom biex jieklu,+U tahom il-qmuħ tas-sema.+
25 Il-bnedmin kielu l-ħobż tas-setgħanin;+Bagħtilhom provvisti bix-xabaʼ.+
26 Qajjem riħ mil-lvant fis-smewwiet+U bis-saħħa tiegħu ġiegħel riħ jonfoħ min-nofsinhar.+
27 Niżżel fuqhom xita taʼ ikel bħat-trab,+Iva, tjur bħar-ramel taʼ l-ibħra.+
28 U ħalliehom jaqgħu f’nofs il-kamp tiegħu,+Madwar it-tabernakli tiegħu.+
29 U kielu u xebgħu fuq li xebgħu,+U dak li xtaqu ġabhulhom.+
30 Iżda xorta baqgħu xewqanin,Waqt li kienu għadhom bl-ikel f’ħalqhom,+
31 Meta qamet il-korla t’Alla kontrihom.+U qatlilhom il-qawwijin fosthom;+U waqqaʼ maʼ l-art lill-irġiel żgħażagħ taʼ Israel.
32 Minkejja dan kollu komplew jidinbu+U ma poġġewx il-fidi tagħhom fl-għemejjel taʼ l-għaġeb tiegħu.+
33 Għalhekk, temmilhom jiemhom bħallikieku sempliċi nifs,+U sninhom intemmew għal għarrieda bit-twerwir.
34 Kull darba li kien joqtolhom, kienu jistaqsu għalih,+U jerġgħu lura u jfittxu lil Alla.+
35 U kienu jiftakru li Alla kien il-Blata tagħhom,+U li l-Alla l-Iktar Għoli kien il-Vendikatur tagħhom.+
36 U pprovaw iqarrqu bih b’fommhom;+U bi lsienhom ipprovaw jigdbulu.+
37 Qalbhom ma kinitx soda miegħu;+U ma wrewx fedeltà lejn il-patt tiegħu.+
38 Imma hu kien ħanin;+ kien jgħatti l-iżball+ u ma jġibx ħerba fuqhom.+Ħafna drabi reġġaʼ lura r-rabja tiegħu,+U ma kienx iħalli l-korla tiegħu tixgħel għalkollox.
39 U baqaʼ jżomm f’moħħu li huma kienu tal-laħam,+Li l-ispirtu joħroġ u ma jerġax lura.+
40 Kemm-il darba rribellaw kontrih fix-xagħri,+Ġegħluh iħossu mweġġaʼ fid-deżert!+
41 Darba wara l-oħra għaddew lil Alla minn prova,+U weġġgħu lill-Qaddis taʼ Israel.+
42 Ma ftakrux f’idu,+Fil-jum li fdiehom mill-avversarju,+
43 Fis-sinjali li għamel fl-Eġittu+U l-mirakli tiegħu fit-territorju taʼ Sogħan;+
44 U kif biddel f’demm il-kanali tagħhom tan-Nil,+U b’hekk ma setgħux jixorbu min-nixxigħat tagħhom.+
45 Bagħat fuqhom id-dubbien, biex iqattgħuhom;+U ż-żrinġijiet, biex iħarbtuhom.+
46 U ta l-uċuħ tar-rabaʼ tagħhom lill-wirdien,U t-taħbit tagħhom lill-ġurati.+
47 Qatlilhom id-dwieli bis-silġ+U s-siġar tal-ġummajż bil-biċċiet tas-silġ.+
48 U ta l-bhejjem tat-tagħbija tagħhom f’idejn is-silġ+U l-bhejjem l-oħrajn f’idejn il-mard qattiel.
49 Bagħat fuqhom ir-rabja taħraq tiegħu,+Il-qilla u l-kundanna u n-niket,+Delegazzjonijiet t’anġli li jġibu l-gwaj.+
50 Ħejja passaġġ għar-rabja tiegħu.+Ma ħelsilhomx ruħhom mill-mewt;U ħajjithom taha f’idejn il-pesta.+
51 Fl-aħħarnett qatel lill-ewwel imweldin kollha fl-Eġittu,+Il-bidu tal-qawwa riproduttiva tagħhom fit-tined taʼ Ħam.+
52 Imbagħad ġiegħel lin-nies tiegħu jitilqu bħal nagħaġ,+U mexxiehom bħal merħla fix-xagħri.+
53 U baqaʼ jmexxihom fis-sigurtà, u ma ħassewhomx imkexkxin;+U l-baħar għatta lill-għedewwa tagħhom.+
54 U ġabhom fit-territorju qaddis tiegħu,+Dan ir-reġjun muntanjuż miksub b’lemintu.+
55 U minħabba fihom keċċa lill-ġnus bil-mod il-mod,+U qassmilhom il-wirt bil-ħabel tal-kejl,+U ra li t-tribujiet taʼ Israel jgħammru fi djarhom stess.+
56 U huma bdew jgħaddu minn prova lil Alla l-Iktar Għoli u jirribellaw kontrih,+U t-tfakkiriet tiegħu ma żammewhomx.+
57 Kemm-il darba reġaʼ darilhom u aġixxew bi tradiment bħal missirijiethom;+Kienu mgħawġin bħal qaws merħi.+
58 U baqgħu joffenduh bil-postijiet tagħhom għall-qima,*+U bix-xbihat minquxin tagħhom baqgħu jqanqluh għall-għira.*+
59 Alla semaʼ+ u mtela b’rabja qalila,+U għalhekk lil Israel stmerru ferm.+
60 U fl-aħħar abbanduna t-tabernaklu* taʼ Silo,+It-tinda li għammar fiha fost il-bnedmin.+
61 U ta s-saħħa tiegħu f’idejn il-jasar+U l-ġmiel tiegħu f’idejn l-avversarju.+
62 U baqaʼ jagħti lill-poplu tiegħu f’idejn is-sejf,+U mtela b’rabja qalila għal wirtu.+
63 Lill-ġuvintur tiegħu belagħhom in-nar,U x-xebbiet tiegħu ma ġewx imfaħħrin f’għanjiet taż-żwieġ.+
64 Il-qassisin tiegħu waqgħu bis-sejf,+U r-romol tagħhom ma bkewhomx.+
65 Imbagħad Ġeħova beda jistenbaħ bħallikieku mill-irqad,+Bħal wieħed setgħan li qed jiġi f’sensih mill-inbid.+
66 U darab lill-avversarji tiegħu minn warajhom;+Tefaʼ fuqhom tmaqdir għal żmien indefinit.+
67 U ċaħad lit-tinda taʼ Ġużeppi;+U lit-tribù t’Efrajm m’għażlux.+
68 Imma għażel lit-tribù taʼ Ġuda,+Il-Muntanja Sijon, li hu kien iħobb.+
69 U beda jibni s-santwarju tiegħu bħall-qċaċet taʼ l-għoljiet,+Bħall-art li hu sejjes għal dejjem.*+
70 U b’hekk għażel lil David il-qaddej tiegħu+U ħadu mill-imqawel tal-merħla.+
71 Minn wara n-nagħaġ ireddgħu+Ġabu biex ikun ragħaj fuq Ġakobb il-poplu tiegħu+U fuq Israel il-wirt tiegħu.+
72 U beda jirgħahom skond l-integrità taʼ qalbu,+U bis-sengħa taʼ idejh beda jmexxihom.+

