Salmi 16:1-11

Miktam* taʼ David. 16  Ħarisni, O Alla, għax jien stkennejt fik.+  2  Jien għedt lil Ġeħova: “Int Ġeħova; mhux int li tibbenefika mit-​tjubija tiegħi,+  3  Imma l-​qaddisin li huma fl-​art.B’dawn, iva, bil-​maestużi, nitgħaxxaq.”+  4  Joktor l-​uġigħ taʼ dawk li, meta jiġi ħaddieħor, jgħaġġlu għal warajh.+M’iniex se nferraʼ magħhom l-​offerti tax-​xorb li fihom id-​demm,+U m’iniex se nsemmi isimhom b’xofftejja.+  5  Ġeħova huwa s-​sehem tiegħi,+ u l-​kies tiegħi jimlihuli sew.+Sehmi fil-​ħajja int iżżommu tajjeb f’idejk.  6  Jien kuntent bil-​postijiet li messni bil-​ħbula tal-​kejl.+Iva, dak li ħadt jogħġobni.  7  Se nbierek lil Ġeħova, li tani l-​pariri.+Iva, bil-​lejl il-​kliewi tiegħi kkoreġewni.+  8  Qegħedt lil Ġeħova quddiemi l-​ħin kollu.+Bih fuq leminti, m’iniex se nitħarrek.+  9  Għalhekk, qalbi tifraħ, u kulma hu glorjuż fija jithenna.+U ġismi* jgħammar fis-​sigurtà.+ 10  Għax int ma tħallix lil ruħi fil-​Qabar.*+Ma tħallix lil-​leali tiegħek jara l-​ħofra.+ 11  Int tgħarrafni t-​triq tal-​ħajja.+B’wiċċek timlieni bil-​ferħ;+Fuq lemintek nitgħaxxaq għal dejjem.+

Noti taʼ taħt

^ Terminu tekniku mużikali li t-​tifsira tiegħu mhix ċerta.
^ Letteralment, “laħmi.”
^ Bl-Ebrajk, “Xeol.” Ara Appendiċi 4.