Salmi 17:1-15
Talba taʼ David.
17 Ismaʼ l-kawża ġusta tiegħi, O Ġeħova; agħti kas l-għajat tiegħi bil-ħrara;+Agħti widen għat-talba tiegħi li mhix ġejja minn xofftejn qarriqin.+
2 Ħa joħroġ minn quddiemek il-ġudizzju għalija;+Ħa jaraw għajnejk dak li hu rett.+
3 Int eżaminajtli qalbi, flejtni bil-lejl,+Irfinajtni; se ssib li jien ma nfassal xejn ħażin.+Fommi ma jonqosx.+
4 Għax fejn jidħlu l-attivitajiet tal-bniedem,Jien qgħadt għassa, b’kelmet xofftejk, li ma nimxix fil-mogħdijiet tal-ħalliel.+
5 Ħa jibqgħu l-passi tiegħi f’mogħdijietek,+Sabiex riġlejja ma jogħtrux.+
6 Jien insejjaħlek, għax int twiġibni, O Alla.+Mejjel widintek lejja. Ismaʼ x’qed ngħid.+
7 Agħmel atti meraviljużi taʼ qalb tajba bl-imħabba,+ O Salvatur taʼ dawk li jfittxu l-kennMinn dawk li jirvellaw kontra idek il-leminija.+
8 Ħarisni bħall-mimmi taʼ l-għajn,+F’dell ġwinħajk aħbini,+
9 Minħabba n-nies mill-agħar li ħarbtuni.L-għedewwa tiegħi għalquni minn kull naħa.+
10 Dawru qalbhom bix-xaħam;+Fommhom tkellem bis-suppervja;+
11 Issa mxew wara l-passi tagħna u dawruna minn kullimkien;+Xeħtu għajnejhom fuqna biex jitfgħuna maʼ l-art.+
12 Kull wieħed minnhom hu bħal iljun imlebleb biex iqattaʼ biċċiet il-priża tiegħu+U bħal iljun b’saħħtu li qed jistenna fil-moħbi.
13 Qum, O Ġeħova; iffaċċjah wiċċ imbwiċċ;+Ġiegħlu jmil; eħlisni mill-ħażin bis-sejf tiegħek,+
14 Mill-bnedmin, permezz taʼ idek, O Ġeħova,+Mill-bnedmin taʼ din is-sistema,+ li sehemhom hu f’din il-ħajja,+U li żaqqhom timlihielhom bit-teżor moħbi tiegħek,+U li huma mimlijin bl-ulied+U jħallu għal uliedhom dak li jkunu ħażnu.+
15 Imma jien, fis-sewwa għad nara ’l wiċċek;+Kuntent se nkun meta nqum u nara s-sura tiegħek.+

