Salmi 127:1-5
Għanja tat-Tlajjaʼ. Taʼ Salamun.
127 Jekk Ġeħova nnifsu ma jibnix id-dar,+Għalxejn ikunu ħadmu iebes fuqha l-bennejja.+Jekk Ġeħova nnifsu ma jħarisx il-belt,+Għalxejn ikun baqaʼ mqajjem l-għassies.+
2 Għalxejn tqumu kmieni,+Toqogħdu bil-qiegħda fit-tard,+U tieklu ħobżkom bl-uġigħ.+Iva, hu jagħti l-irqad lil min iħobb.+
3 Ara! Iben hu wirt mingħand Ġeħova;+Frott il-ġuf hu premju.+
4 Bħal vleġeġ f’id raġel setgħan,+Hekk huma wlied iż-żgħożija.+
5 Hieni r-raġel b’saħħtu li mela+ l-barżakka bihom.Mhux se jkollhom għalxiex jistħu,+Għax dawn jitkellmu maʼ l-għedewwa f’bieb il-belt.

