Salmi 87:1-7

Taʼ wlied Koraħ. Melodija, għanja. 87  Il-pedament tiegħu qiegħed fil-​muntanji qaddisin.+  2  Ġeħova jħobb il-​bibien taʼ Sijon+ iktarMill-​postijiet mgħammrin kollha taʼ Ġakobb.+  3  Qed jingħadu affarijiet glorjużi dwarek, O belt taʼ l-​Alla l-​veru.+ Sela.  4  Jien se nsemmi lil Raħab*+ u lil Babilonja+ bħala wħud li jafuni;Dwar il-​Filistja+ u Tir, kif ukoll Kus ngħid:“Dan hu wieħed li twieled hemmhekk.”+  5  U għal Sijon jingħad:“Ilkoll kemm huma twieldu fiha.”+U l-​Iktar Għoli+ nnifsu se jistabbiliha fis-​sod.+  6  Meta jirreġistra lill-​popli, Ġeħova se jiddikjara:+“Dan hu wieħed li twieled hemmhekk.”+ Sela.  7  Se jkun hemm ukoll għannejja u żeffiena*+ u jingħad:“L-​għejun kollha tiegħi huma fik.”+

Noti taʼ taħt

^ X’aktarx li qed jirreferi għall-​Eġittu.
^ Jew, “żeffiena li jiżfnu dawra tond.”