Salmi 28:1-9

Taʼ David. 28  Lilek, O Ġeħova, insejjaħ il-​ħin kollu.+O Blata tiegħi, tkunx trux għalija,+Biex ma tibqax sieket miegħi+U jien ma jkollix għalfejn insir bħal dawk li neżlin fil-​ħofra.+  2  Ismaʼ leħni meta b’talb bil-​ħrara ngħajjatlek għall-​għajnuna,Meta ngħolli idejja+ lejn l-​iktar kamra ġewwinija tal-​post qaddis tiegħek.+  3  Tkaxkarnix man-​nies mill-​agħar u maʼ dawk li jipprattikaw il-​ħsara,+Dawk li qed jitkellmu bil-​paċi maʼ sħabhom+ imma li f’qalbhom hemm il-​ħażen.+  4  Agħtihom skond kif jaġixxu+U skond il-​ħżunija taʼ dak li jipprattikaw.+Skond għemil idejhom agħtihom.+Roddilhom lura dak li jagħmlu huma stess.+  5  Għax ma jagħtux kas l-​attivitajiet taʼ Ġeħova,+Lanqas xogħol idejh.+Hu jġarrafhom u ma jibnihomx.  6  Ikun imbierek Ġeħova, għax hu semaʼ leħni meta tlabt bil-​ħrara.+  7  Ġeħova hu s-​saħħa+ u t-​tarka tiegħi.+Fih fdat qalbi.+Qalbi tifraħ+ bl-​għajnuna li ksibt,U bl-​għanja tiegħi se nfaħħru.+  8  Ġeħova hu saħħa għall-​poplu tiegħu,+U fortizza li ġġib salvazzjoni grandjuża lill-​midluk tiegħu.+  9  Salva lill-​poplu tiegħek, u bierek lil wirtek;+Irgħahom u ġorrhom għal dejjem.+

Noti taʼ taħt