Salmi 42:1-11
Lid-direttur. Maskil* għal ulied Koraħ.+
42 Bħalma ċ-ċerva tixxennaq għan-nixxigħat taʼ l-ilma,Hekk ruħi tixxennaq għalik, O Alla.+
2 Ruħi tabilħaqq hija għatxana għal Alla,+ għall-Alla l-ħaj.+Meta se niġi u nidher quddiem Alla?*+
3 Id-dmugħ tiegħi sar ikel għalija lejl u nhar,+Waqt li l-jum kollu jgħiduli: “Fejn hu Alla tiegħek?”+
4 Niftakar l-affarijiet taʼ l-imgħoddi, u nħoss ruħi ddub ġewwa fija.+Għax jien kont ngħaddi mal-ġemgħa;Kont nimxi bil-mod quddiemhom lejn id-dar t’Alla,+Bil-ħoss t’għajta ferriħija u radd il-ħajr,+Taʼ folla li tiċċelebra festa.+
5 Għala int iddisprata, O ruħi,+U għala tagħmel storbju ġewwa fija?+Stenna lil Alla,+Għax jien għad irrid infaħħru bħala s-salvazzjoni grandjuża tiegħi.+
6 O Alla tiegħi, ruħi ddisprata ġewwa fija.+Għalhekk niftakar fik,+Mill-art tal-Ġordan u l-qċaċet tal-Ħermon,+Mill-muntanja ċ-ċkejkna.+
7 Ilma fond isejjaħ lil ilma fondMal-ħoss tal-gliegel tiegħek taʼ l-ilma.Il-ħalel u l-imwieġ kollha tiegħek+—Minn fuqi għaddew.+
8 Bi nhar Ġeħova se jibgħat il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu,+U bil-lejl inkanta dwaru;+Se nitlob lill-Alla taʼ ħajti.+
9 Se ngħid lil Alla, il-blat għoli tiegħi:+“Għala nsejtni?+Għala nimxi qalbi sewda minħabba l-moħqrija taʼ l-għadu?”+
10 L-għedewwa tiegħi tant maqdruni li bħallikieku kissruli għadmi,+Waqt li l-jum kollu jgħiduli: “Fejn hu Alla tiegħek?”+
11 Għala int iddisprata, O ruħi,+U għala tagħmel storbju ġewwa fija?+Stenna lil Alla,+Għax jien għad irrid infaħħru bħala s-salvazzjoni grandjuża tiegħi u bħala Alla tiegħi.+

